Il-Festa Maltija
It-tiżjin u ċelebrazzjonijiet fil-knejjes, toroq imlibbsa b’armar mill-ifjen, il-baned, il-brijju, l-ispettakli tan-nar. Dawn huma wħud mill-elementi ewlenin li jsawwru l-festa Maltija. Festi li huma tradizzjoni kbira fl-istorja u fil-kultura tagħna. Tul is-snin, il-kalendarju ta’ pajjiżna tista’ tgħid li dejjem kien imfassal fuq il-festi. Kull festa ġġib magħha drawwiet partikolari li tista’ tgħid tiddistingwi waħda mill-oħra. […]