JASAL MALTA L-EWWEL PAGAMENT TA’ €41 MILJUN MILL-FOND EWROPEW GĦALL-IRKUPRU U R-REŻILJENZA
Fl-aħħar jiem iffirmajt f’isem il-Gvern Malti il-ftehim finanzjarju li bih Malta ser tirċievi għotja ta’ ftit inqas minn €320 miljun mill-Fond Ewropew għall-Irkupru u r-Reżiljenza magħruf bħala Next Generation EU. Għan-naħa tal-Kummissjoni Ewropea iffirma l-Kummissarju għall-Ekonomija Paolo Gentiloni. Propju ftit jiem biss wara dan l-iffirmar, wasal Malta l-ewwel pagament ta’ €41 miljun minn dan il-fond […]