Bijografija
Dr Stefan Zrinzo Azzopardi twieled fl-1973 u nħatar Ministru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali mill-Prim Ministru Robert Abela f’Mejju 2025, wara li diġà kien serva f’dan il-qasam bħala Segretarju Parlamentari bejn l-2020 u l-2022.
Dr Zrinzo Azzopardi iggradwa mill-Università ta’ Malta bħala avukat fl-1999 u beda jipprattika l-liġi, b’mod partikolari fil-Qrati Ċivili u Kummerċjali. Fl-2003, meta kellu 30 sena, inħatar President tal-Partit Laburista u mexxa diversi riformi interni fosthom tiġdid sostanzjali fl-istatut tal-partit.
Wara r-rebħa elettorali tal-2013, inħatar Chairman tal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, fejn kien strumentali fit-tkomplija ta’ proġetti emblematiċi fil-Belt Valletta bħal Pjazza Tritoni, il-binja tal-Parlament, Pjazza Kastilja u l-Ġnien Laparelli.
F’Jannar 2020, Dr Zrinzo Azzopardi nħatar Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Matul din il-kariga, Malta kkonkludiet b’suċċess pakkett finanzjarju ta’ €2.27 biljun għall-perjodu 2021–2027, inkluż il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza ta’ madwar €320 miljun. Huwa kien ukoll preżenti regolarment fil-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali tal-UE, fejn irrappreżenta l-pożizzjoni ta’ Malta.
Fl-elezzjoni ta’ Marzu 2022, ġie elett mill-ġdid fuq il-5 distrett u serva bħala Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, fejn introduċa riformi sinifikanti fis-settur tal-kostruzzjoni, fosthom il-liċenzja tal-kuntratturi, bil-għan li jittejjeb il-livell ta’ kwalità, serjetà u responsabbiltà fis-settur. F’din il-kariga kien ukoll responsabbli mid-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi u diversi entitajiet oħra.
F’Jannar 2024, kien inħatar Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, fejn fost impenji oħra, beda riforma nazzjonali fil-qasam tar-reġistrazzjoni tal-artijiet li se twassal sabiex sal-2035, it-territorju Malti u Għawdxi kollu jkun żona ta’ reġistrazzjoni obbigatorja.
Minn Mejju 2025, Dr Stefan Zrinzo Azzopardi nħatar Ministru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, fejn reġa’ ngħata l-fiduċja mill-Prim Ministru Robert Abela biex imexxi l-portafoll importanti tal-fondi Ewropej għal Malta. F’din il-kariga, huwa jkompli wkoll imexxi l-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tal-programm elettorali, biex jiġu mwettqa l-proposti b’mod effettiv skont il-viżjoni tal-Gvern.
Dr Zrinzo Azzopardi huwa miżżewweġ lil Silvana u missier żewġt’ulied, Federico u Emilia.
Biography
Dr Stefan Zrinzo Azzopardi was born in 1973 and was appointed Minister for European Funds and the Implementation of the Electoral Programme by Prime Minister Robert Abela in May 2025. This appointment followed his previous experience in the same field, having served as Parliamentary Secretary between 2020 and 2022.
Dr Zrinzo Azzopardi graduated as a lawyer from the University of Malta in 1999 and began practising law, particularly within the Civil and Commercial Courts. In 2003, at the age of 30, he was appointed President of the Labour Party, where he led various internal reforms, including a substantial renewal of the party’s statute.
Following the Labour Party’s electoral victory in 2013, he was appointed Chairman of the Grand Harbour Regeneration Corporation, where he played a key role in the completion of several landmark projects in Valletta, including Triton Square, the new Parliament building, Castille Square, and the Laparelli Garden.
In January 2020, Dr Zrinzo Azzopardi was appointed Parliamentary Secretary for European Funds within the Office of the Prime Minister. During his tenure, Malta successfully concluded a financial package of €2.27 billion for the 2021–2027 period, including a Recovery and Resilience Plan worth approximately €320 million. He was also a regular participant in the EU’s General Affairs Council, where he represented Malta’s position.
He was re-elected in the March 2022 general election from the 5th district and went on to serve as Minister for Public Works and Planning. In this role, he introduced significant reforms in the construction sector, including the contractor licensing regime aimed at improving standards, accountability, and professionalism. He also oversaw the Department of Public Works and several related entities.
In January 2024, he was appointed Minister for Lands and the Implementation of the Electoral Programme, during which he launched a national reform in the land registration sector, which will lead to full property registration by 2035.
As of May 2025, Dr Zrinzo Azzopardi took office as Minister for European Funds and the Implementation of the Electoral Programme, once again entrusted by Prime Minister Robert Abela with the crucial responsibility of overseeing Malta’s European funding portfolio. In this role, he also continues to lead the coordination and execution of the electoral programme, ensuring their effective delivery in line with the Government’s vision.
Dr Zrinzo Azzopardi is married to Silvana and father of two children, Federico and Emilia.