L-Istennija għall-Budget
Il-Partit Laburista fil-Gvern għandu l-kredibiltà tal-poplu fit-twettieq tal-wegħdi elettorali għaliex f’kull okkażjoni li kien fdat bit-tmexxija tal-pajjiż, dejjem żamm kelmtu u wettaq dak li wiegħed. Ninsabu ftit jiem biss qabel il-budget għas-sena d-dieħla. It-tħejjijiet għal Jum il-Budget ikunu ilhom li nbdew mill-Ministeri kollha sa minn qabel is-Sajf. It-tħejjija għall-budget tinvolvi li kull ministeru jevalwa l-miri […]