Nhar l-Erbgħa, 30 ta’ Marzu, ġejt maħtur bħala Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar. Dan propju f’għeluq snin l-għażiża ommi li kienet preżenti ma’ marti u uliedi f’dan il-mument sabiħ fil-karriera politika tiegħi. Kburi li se nerga’ nkun ta’ servizz għal pajjiżna u għall-poplu Malti u Għawdxi.

L-ewwel ġurnata fl-uffiċċju tal-Ministeru li l-Prim Ministru Robert Abela għoġbu jafdali f’idejja, nista’ ngħid li kienet ġurnata mill-aqwa fejn kelli l-opportunità niltaqa’ ma’ wħud minn dawk  li se nkun qed nikkollabora magħhom biex nimplimentaw programm elettorali illi permezz tiegħu, ksibna mandat ieħor ta’ fiduċja mill-poplu Malti u Għawdxi.

Żjara lill-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fi Project House

Il-qasam mill-aktar interessanti tax-Xogħlijiet pubbliċi, li xi drabi nemmen li ma kinx qed jingħata viżibilità biżżejjed tax-xogħol kbir li qed jagħmel, huwa dipartiment pjuttost massiċċ u importanti biex inmantnu l-binjiet tal-Gvern fost ħidmiet oħrajn. Huwa qasam li preżentament qed jieħu ħsieb proġetti kbar bħal dak tal-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali kif ukoll diversi inizjattivi għal spazji miftuħa ġewwa l-lokalitajiet li flimkien mal-Kunsilli Lokali, inħares ‘il quddiem biex nkomplu naħdmu biex insebbħu l-ispazji urbani tagħna.

Rigward l-Awtorità tal-Ippjanar flimkien mal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni, se nkunu qed naħdem biex nilħqu l-miri speċifiċi li għandna fil-manifest elettorali fejn diġà bdejna diskussjonijiet mal-persuni eżekuttivi taż-żewġ entitajiet biex dan iseħħ. Nemmen li dawn iż-żewġ entitajiet għandhom rwol importanti ferm f’kif irridu nkomplu niżviluppaw lil Malta u Għawdex permezz ta’ proċess ta’ ippjanar responsabbli u etiku.

L-Awtortià tal-Bini u l-Kostruzzjoni għandha responsabilitajiet  maħsuba biex intejbu l-istandards li bihom isir ix-xogħol tal-bini u fl-istess ħin nipproteġu lil dawk li jgħixu fiż-żona fejn ikun qed isir proġett ta’ żvilupp biex nevitaw inkonvenjenti u danni għal terzi persuni. Sfida oħra kbira li għandha din l-awtorità hija l-konsum tal-enerġija fil-mod kif nibnu biex nilħqu il-miri ta’ dan il-Gvern għall-ekonomija newtrali mill-karbonju.

Għaldaqstant se nkun qed inħares ‘il quddiem li flimkien mat-tim enormi ta’ nies fl-entitajiet kollha involuti f’dan il-Ministeru, nsegwu d-direzzjoni u nimplimentaw il-proposti tal-programm elettorali ta’ dan il-Gvern li fuqu il-poplu tagħna mandat ċar ta’ fiduċja.

The Labour Party is bolstering the robust social programme we have already put in place. The up and coming generation is at the heart of this social programme.

The general election campaign is now well underway after it was called by the Prime Minister. It has been touted since the very first days of Abela’s tenure however national interest dictated otherwise. Lives and livelihoods had to be saved when a global pandemic hit. Now that the country is well underway towards recovery it is time we make the decision for the next five years.

This kickstarted an electoral campaign according to my obersation is has unleashed widespread enthusiasm.

Both parties moved quickly. The Labour Party opened with a bang and cemented its status as the party focused on the future of Maltese society and possessing a vision of what it should look like.

A greener and more socially equal country. These are the goals for the next legislature. Important promises were made in this direction as €700 million will be invested in greening urban centres. This investment will see new open public spaces in busy towns, pedestrian zones in every village, as well as urban reclamation project. We are after unlocked potential we know is attainable.

The quality which distinguishes this party in government is its refusal to shy away from certain challenges. Despite attaining full employment during a pandemic, a feat that is unimaginable for many of our European partners, there were segments of the population for whom work did not necessarily pay or it didn’t pay sufficiently. To secure better disposable income to workers, we are promising a reduction on income tax – a pledge that will concretely mean a better standard of living to many a worker and self-employed. Additionally, in ensuring that the most vulnerable are enabled to live more decently, a considerable increase of pensions is being promised that will see a minimum of €15 per week raise for every pensioner over the coming five years.

Housing affordability is another challenge we face. Venturing into employment after years of studying does not immediately place one in a position to purchase a house given the current market conditions. Help has been provided over the last years especially to first time buyers but the Labour Party is reiterating its support for youths to grow and design their own future. Testament to this is the pledge of €10,000 grant to all first time buyers on their homeloan and the strengthening of the Home Deposit Scheme whereby the Housing Authority covers the 10% downpayment paid upon the signing or the promise of sale agreeement. This will open wide open the gates to homeownership to more and more young people.

The Labour Party is bolstering the robust social programme we have already put in place. The up and coming generation is at the heart of this social programme. Last week we have unveiled a Child’s Guarantee which will see €145 million invested in our children. 9 years ago we were told that universal free childcare is impossible to implement and we have delivered. Now that it has been in place for years for children of parents who are employed or studying, we are now ensuring that it will be implemented universally, for all children in Malta and Gozo. We will also add onto the Children’s Allowance – crucial in the life of children in low to medium income households. Parents will be receiving additions on their in-work benefits. These are complemented with an array of measures to sustain the educational experience of children, including by digital means, free books, and the promotion of extra-curricular activities.

This is proving to be a government that listens to the people. Gone are the days where people felt alienated from a political authority in an ivory tower. Case in point is the promise to return the land in Zonqor, forming part of the American University of Malta’s  deal to the people within the first 100 days of a new Labour Government and the decision announced by the Prime Minister that the plans for a marina in Marsascala are dead and gone. Some used to an arrogant brand of politics will speak of U-turns, but this is merely a government that is willing to engage in dialogue and which responds positively to its outcome.

This flying start by Labour is built around a positive message that is winning people’s hearts as reflected by national polls.

PN also attempted to give the impression that they were fully prepared going as far as mounting a rally on Sunday. The plan faltered when four of their current parliamentary group withdrew from the race. Damage controllers were quick to try make it look as if it was part of a rejuvenation plan of the party, but everybody knows the deserters aren’t among the oldest, and Mario Galea’s words this week proved the worst kept scret of deep rooted scisms. There is a limit to the extent one may gaslight a declining organisation.

I always considered electoral campaigns as an irreplaceable window onto the parties’ vision for the future of the country and their organisational preparedness as it sheds light onto their readiness to govern from day one of the legislature. Even if I had to limit muself to tje first days of this campaign, my opinion is rather clear. However, our firm belief in the willingness to listen must remain at the heart of all that we are doing and saying as it is clearly the characteristic that may continue to win us the trust of the majority.

Mhux ta’ b’xejn li l-poplu tagħna jqis li l-Partit Laburista huwa l-aktar wieħed li jieħu ħsieb in-nies.

Kien sinifikanti l-istħarriġ li kkummissjonat it-Times of Malta u li minnu rriżulta l-fatt li l-Maltin u l-Għawdxin iħossu  li l-Partit Laburista huwa l-aktar partit f’Malta li jieħu ħsieb in-nies. U meta tifli sew dan l-istħarriġ issib li l-għadd ta’ dawk li jemmnu li l-Partit Laburista jieħu ħsieb in-nies huwa tlett darbiet aktar minn dawk li jemmnu l-istess dwar il-Partit Nazzjonalista.

B’danakollu riżultat ta’ stħarriġ bħal dan m’huwiex ta’ sorpriża għal min bħali ilu jaħdem fil-Partit Laburista għal bosta snin u kelli l-opportunita nkun fil-qalba tat-tfassil ta’ diversi manifesti elettorali mħejjija għall-elezzjonijiet ġenerali. L-interessi tas-soċjeta inġenerali u b’mod partikolari ta’ dawk l-aktar vulnerabbli tal-popolazzjoni tagħna dejjem kienu fil-qalba ta’ kull ħsieb politiku tagħna. Minn dejjem fassalna miżuri li jgħinu lil dawk l-aktar fil-bżonn u mingħajr l-ebda dubju kull meta l-Partit Laburista kien fdat bl-amministrazzjoni tal-pajjiż wettaq dak li wiegħed biex tul il-medda tas-snin għen lil kulħadd itejjeb il-kwalita tal-ħajja tiegħu.

Huwa f’dan l-ispirtu li qegħdin nerġgħu immorru quddiem l-elettorat nitolbuh il-fiduċja bi proposti li ħa jkomplu jtejjbu l-ħajja tal-familji Maltin mhux l-anqas ta’ dawk l-aktar fil-bżonn fostna. Biżżejjed insemmu ż-żjidiet li qegħdin nipproponu għall-pensjonijiet fejn fuq medda ta’ ħames snin se nżiduhom b’€15 fil-ġimgħa, kważi id-doppju ta’ dak li wegħdna qabel l-elezzjoni tal-2017 għalkemm tul din il-leġiżlatura li qed tintemm, żidna l-pensjonijiet saħansitra aktar minn dak li wegħdna. U għall-anzjani se nkunu qed inwettqu l-wegħda tagħna li kull kull pensjonant f’Malta jkun intitolat għall-mediċini b’xejn.

Mill-ġdid se nkunu qed nerġgħu nżidu ċ-childrens allowancesb’€90 fis-sena għal ħames snin konsekuttivi u l-inwork benefit b’€200 fis-sena fuq medda ta’ erba’ snin. Se nkomplu ngħinu lill-familji bit-tibdil fit-tax bands bil-għan li dawn jibqagħlhom aktar flus fil-but. Se ngħinu lil dawk li jieħdu ħsieb persuni b’diżabilita severa billi se nżidulhom l-allowance tagħhom minn €500 għal aktar minn €4000. Se nkomplu ngħinu lill-first time buyers billi nħallsulhom lura €1000 fis-sena għal għaxar snin sħaħ u b’hekk innaqqsulhom il-piż fuq l-interessi li jkunu qed iħallsu fuq is-self li jkunu ħadu.

Meta se nkunu qed inżidu l-istipendji tal-istudenti bi 15%, ukoll se nkunu qed ngħinu lil lill-familji tagħna bħalma se nkunu qed nagħmlu l-istess bit-tliet għotjiet ta’ €500 fis-sena biex inħajru lit-tfal ikomplu jistudjaw wara li jagħlqu s-sittax-il sena.

Anke bil-miżuri li ħabbarna għall-qasam edukattiv se nkunu qed ngħinu lin-nies. L-għotja ta’ laptop għal kull min jibda l-edukazzjoni fil-livell sekondarji żgur li se tiffranka l-flus lil għadd kbir ta’ familji Maltin u Għawdxin għaliex din l-għodda illum saret essenzjali fl-iżvilupp edukattiv ta’ uliedna.

Mhux ta’ b’xejn li l-poplu tagħna jqis li l-Partit Laburista huwa l-aktar wieħed li jieħu ħsieb in-nies. Ma jistax ikun mod ieħor għax dejjem dejjem tajna prova tiegħu tul il-mitt sena li ilu jeżisti l-Partit Laburista. Huwa għalhekk li qed nerġgħu mmorru quddiem in-nies b’wiċċna minn quddiem u nitolbu vot ta’ fiduċja fil-Mexxej tagħna Robert Abela u fil-Partit Laburista kollu biex inkomplu mmexxu lil pajjiż bl-għajta ta’ Malta Flimkien, Futur Sabiħ.

Il-Partit Laburista huwa kburi bil-mod kif tul medda twila ta’ snin, kull meta kien fdat bit-tmexxija tal-pajjiż dejjem ħadem kemm felaħ biex tejjeb id-dħul tal-familji Maltin u Għawdxin ħalli jkollhom livell aħjar ta’ għajxien. Gvernijiet Laburisti baqgħu magħrufin għall-mod kif ħolqu f’Malta dak magħruf bħala l-Welfare State fejn l-istat jieħu ħsieb lil kulħadd sa mit-twelid sal-mument li persuna tkun se tħalli din id-dinja.

Il-pedamenti soċjali ta’ dan il-pajjiż inbnew mill-Partit Laburista fil-Gvern tul medda twila ta’ żmien li matulhom mbagħad kompla jibni fuqhom biex wasalna fejn ninsabu llum. Konna pijunieri fl-introduzzjoni tal-pensjonijiet, f’benefiċċji soċjali għar-romol, children’s allowances, benefiċċji għall-mord u mijiet ta’ miżuri soċjali oħra li twettqu tul il-medda ta’ snin.

Kienu wkoll Gvernijiet Laburisti li ntroduċew il-paga minima nazzjonali li kompliet ukoll tissaħħaħ meta wettaqna l-wegħda tagħna li min ikun fuq paga minima ma jħallasx income tax. Wegħda ewlenija li kienu għamlu n-Nazzjonalisti li jnaqqsu l-ogħla rata ta’ taxxa għal 25% baqgħu ma wettquwhiex u kellu jkun Gvern Laburista wara l-elezzjoni tal-2013 li wettaqha.

Inkomplu nibnu fuq li wettaqna

Issa wasal iż-żmien li nkomplu nibnu fuq dan kollu ħalli l-familji Maltin ikomplu jkabbru d-dħul tagħhom u jkunu jistgħu jgħixu aħjar. Nemmnu bis-sħiħ li s-suċċess ekonomiku ta’ pajjiżna fl-aħħar disa’ snin ta’ Gvern Laburista ksibnih għax bdilna d-direzzjoni ekonomika ta’ dan il-pajjiż minn waħda ta’ awsterita u ssikkar taċ-ċinturin li konna mdorrijin biha taħt gvernijiet nazzjonalisti għal waħda ta’ tkabbir ekonomiku li parti sostanzjali minnu kien ġej mill-fatt li investejna fin-nies, tajnihom aktar opportunitajiet li jaqilgħu aktar flus u komplejna nwieżnu lill-aktar vulnerabbli fil-pajjiż. Meta għamilna dan flimkien ma’ miżuri oħra bħat-traħħis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma konna qed indawwru r-rota ekonomika tal-pajjiż b’aktar saħħa, inħoloq aktar ġid u mbagħad dan qassamnih bil-għaqal.

Proposti li jkabbru l-qliegħ tal-familji

Sa mill-ewwel jiem tal-kampanja elettorali għall-elezzjoni tas-26 ta’ Marzu li ġej, il-Partit Laburista diġa ħabbar sensiela ta’ proposti immirati li jkomplu jsaħħu id-dħul finanzjarju tal-familji Maltin u Għawdxin. Se tkompli tkun prijorita ewlenija ta’ Gvern Laburista li jinċentiva ix-xogħol u jippremja l-bżulija tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin. Huwa għalhekk li qed jiġi propost li fil-leġislatura li jmiss ikompli jnaqqas it-taxxi billi jitwessgħu it-tax bands tal-Income Tax. Ta’ min infakkru li l-aħħar darba li ċċaqalqu t-tax bands kien fl-2007 u l-proposta Laburista tal-lum hija tlett darbiet iktar minn dak li kien sar dakinhar. Huwa kkalkulat li b’din il-proposta biss xejn inqas minn €66 miljun se jispiċċaw fi dħul ġdid fil-bwiet tal-familji, ħaddiema u self-employed. It-tax bands se jitwessgħu għal kull kategorija ta’ ħaddiema jew familji. Barra dan qed jiżdiedu wkoll l-ammonti taċ-ċekkijiet tar-rifużjoni tat-taxxa u din il-miżura wkoll se tħalli €24 miljun oħra fil-bwiet tal-Maltin u l-Għawdxin.

Għax il-Gvern Laburista mexxa bil-għaqal irnexxielu jhalli aktar flus fl-idejn u b’hekk kompla jiġi stimulat it-tkabbir ekonomiku. Żammejna kelmitna li f’kull baġit tnaqqas il-piż tat-taxxi bħal meta tnaqqset it-taxxa fuq il-part-time u l-overtime u tneħħiet it-taxxa minn fuq il-pensjonijiet.

B’intrapriżi b’saħħithom igawdu wkoll il-familji

Il-Partit Laburista jemmen fis-sħiħ li l-familji Maltin u Għawdxin igawdu meta l-intrapriżi u n-negozji jkunu mgħejjuna huma wkoll biex jimirħu aktar, jinvestu aktar u jkomplu jiżviluppaw l-intrapriżi tagħhom. Għaldaqstant hija tassew f’waqtha li għall-ewwel darba Gvern ġdid Laburista se jkun qed inaqqas it-taxxa tal-kumpaniji u n-negozji minn 35% għal 25% u dan se jkompli jagħti nifs kbir lill-intrapriżi tagħna. Nemmnu bis-sħiħ li din il-miżura wkoll se tgħin biex jiżdiedu l-opportunitajiet tax-xogħol għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin.

Huwa b’miżuri konkreti bħal dawn li nnisslu l-fiduċja tant meħtieġa għall-futur ta’ pajjiżna. Il-familji tagħna jimtlew b’kuraġġ meta jaraw Gvern li qed jieħu ħsiebhom u li qed jagħmel minn kollox biex itejjbilhom l-għajxien tagħhom. Ninsab konvint li l-programm tagħna se jerġa jikseb il-fiduċja tal-elettorat Malti għax se jkun ibbażat fuq ix-xewqa ta’ kull familja Maltija u Għawdxija, dak li jkollha ħajja aħjar. Malta Flimkien għal futur isbaħ għal kulħadd.

Irridu nkomplu nagħtu lil uliedna u l-ġenerazzjonijiet li ġejjin l-aqwa għodod biex jimirħu kemm jifilħu fil-qasam edukattiv.

L-inawgurazzjoni taċ-Ċentru tar-Riżorsi ġdid fl-MCAST fil-jiem li għaddew hija prova mhux biss ta’ kemm il-Gvern Laburista għandu għal qalbu l-investiment fl-edukazzjoni ta’ uliedna iżda wkoll kemm fl-aħħar snin għarafna nużaw bl-akbar għaqal il-Fondi li pajjiżna rnexxielu jikseb mill-Unjoni Ewropea.

Iċ-Ċentru tar-Riżorsi l-ġdid ġewwa l-MCAST

Ta’ min wieħed ifakkar li l-Fondi Ewropej intużaw għal bosta proġetti edukattivi u ta’ taħriġ għaż-żgħażagħ tagħna. Ewlieni fost dawn kien hemm l-introduzzjoni fl-iskejjel primarji kollha tal-proġett “one-tablet per child” fejn tajna spinta qawwija lejn it-taħriġ fit-teknoloġija diġitali lil ġenerazzjonijiet sħaħ ta’ tfal fl-iskejjel primarji. Issa wkoll qed nippjanaw li mill-Programm ta’ Investimenti li se nagħmlu mill-baġit il-ġdid ta’ Fondi Ewropej għas-snin 2021-2027, dan il-proġett jiġi estiz ukoll għall-iskejjel sekondarji.

Ċentru tar-Riżorsi inawgurat fl-aħħar jiem mill-Prim Ministru Robert Abela, il-Ministru Clifton Grima u s-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi

Kellna bosta proġetti edukattivi oħra li gawdew minn Fondi Ewropej fosthom il-bini ta’ laboratorji ghat-taħriġ vokazzjonali f’diversi skejjel. Mill-banda l-oħra jinsabu fl-aqwa tagħhom it-tħejjijiet biex mill-investimenti li se nagħmlu bil-Fondi għall-Pjan tal-Irkupru u r-Reżiljenza, ninvestu €41 miljun biex jinbena l-Kampus il-ġdid tal-Istititut tal-istudji Turistiċi fi Smart City. L-Istess Pjan ta’ Rkupru qed jaħseb ukoll għal rinovazzjoni ta’ l-iskejjel primarji ta’ Ħal-Għaxaq u tan-Nadur filwaqt li għaddej ġmielu wkoll ix-xogħol fuq il-bini mill-ġdid tal-iskola primarja tal-Imsida li se tkun l-ewwel waħda tax-xorta tagħha f’Malta għaliex ser tkun kważi ħielsa għal kollox mill-emmissjonijiet.

Bir-riġenerazzjoni tal-kampus tal-MCAST f’Kordin se jkunu ġew investiti b’kollox madwar €33 miljun.

L-Investiment ta’ Fondi Ewropej fl-MCAST kien wieħed qawwi u mifrux fuq bosta snin. Huwa kkalkulat li bir-riġenerazzjoni tal-kampus tal-MCAST f’Kordin se jkunu ġew investiti b’kollox madwar €33 miljun. Dan huwa investiment mill-aqwa fiż-żgħażagħ tagħna għaliex it-titjib fil-faċilitajiet u fl-ambjent ta’ dan il-kulleġġ qiegħed joffri esperjenza ta’ tagħlim mill-aqwa liż-żgħażagħ tagħna.

L-investiment li sar fiċ-Cenru tar-Riżorsi li inawgurajna fl-aħħar jiem sewa xejn inqas minn €9.3 miljun ta’ Fondi Ewropej. Dan iċ-ċentru huwa bini li qed jilħaq bosta għanijet għax fost affarijiet oħra jospita librerija mill-aktar moderna b’servizzi aċċessibbli għall-istudenti kollha kemm dawk full-time kif ukoll part-time. Dan iċ-ċentru jinkludi wkoll id-dipartiment tar-Riċerka u l-Innovazzjoni, kif ukoll Learning Support Unit (LSU) u jipprovdi spazju għall-wirjiet u żoni ta’ studju u spazji soċjali, li tesa’ sa 660 student.

Il-Prim Ministru Robert Abela u s-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi jitkellmu mal-istudenti ġewwa l-MCAST

Din il-binja ġdida fil-kampus tal-MCAST fiha diversi faċilitajiet bħal uffiċini, workshops u klassijiet, u kmamar li huma magħmmra b’teknoloġija li tiffaċilita attavitajiet akkademiċi relatati ma’ l-oqsma varji ta’ studju, bil-għan li jiġi żgurat li s-sistema edukattiva tagħna tkun inklużiva kemm jista’ jkun u tiggarantixxi appoġġ sħiħ lill-istudenti kollha li għandhom xi diffikultajiet ta’ tagħlim.

Nifhmu li dan l-investiment li qed naghmlu qed ikun apprezzat ukoll ħafna mill-istess żgħażagħ li jattendu l-MCAST u kien ta’ sodisfazzjoni kbir għalina meta flimkien mal-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru tal-Edukazzjoni Clifton Grima ltqajna ma’ bosta studenti li kienu qed jużaw il-faċilitajiet taċ-ċentru l-ġdid u esprimew l-esperjenzi tagħhom f’din il-mixja edukattiva li qed jagħmlu f’dan il-Kulleġġ.

L-investiment li qegħdin nagħmlu fis-sistema edukattiva ta’ pajjiżna huwa l-aqwa investiment li nistgħu nagħmu għaliex qed ninvestu fl-aqwa riżors li għandu l-pajjiż, ir-riżors uman. Irridu nkomplu nagħtu lil uliedna u l-ġenerazzjonijiet li ġejjin l-aqwa għodod biex jimirħu kemm jifilħu fil-qasam edukattiv u jakkwistaw il-ħiliet kollha li pajjiżna għandu bżonn biex ikompli fit-triq tal-moderniżazzjoni u l-iżvilupp.

Għandna tassew għax inħarsu ‘l quddiem lejn ir-Rebbiegħa li tibda f’inqas minn xahar ieħor għax din tista’ tfisser għal pajjiżna, żmien sabiħ ta’ kwalia ta’ ħajja aħjar jekk kemm-il darba l-elettorat Malti u Għawdxi jerġa jislifna l-fiduċja tiegħu għal perjodu ta’ ħames snin oħra.

It-tħabbira tal-elezzjoni ġenerali tas-26 ta’ Marzu ġabet magħha reazzjoni pożittiva ħafna mill-poplu inġenerali li jinsab mimli ħeġġa biex mhux biss jara l-ħajja terġa’ lura għan-normal wara l-agħar pandemija li laqtet lid-dinja f’aktar minn mitt sena, imma li ngħaddu wkoll minn perjodu qasir ta’ inċertezza li kull elezzjoni ġġib magħha. Ilkoll ninsabu ħerqana li wara li tgħaddi l-elezzjoni, nerġgħu ilkoll nibdew ingawdu dak li r-Rebbiegħa u s-Sajf Maltin jagħtuna fiż-żminijiet normali, jiġifieri l-attivitajiet fil-beraħ, il-ħruġ fir-ristoranti mal-familji u l-ħbieb tagħna, l-attivitajiet kulturali u fuq kollox il-festi tant għal qalbna li soltu konna ngawdu f’dawn l-istaġuni sbieħ.

Il-garanzija li jkollna biss dan il-futur sabiħ jista’ jagħtiha biss il-Partit Laburista. Issa li qed nagħlqu 9 snin fil-Gvern, il-Maltin u l-Għawdxin jafu fejn qegħdin mal-Partit Laburista. Dak li wegħdna f’żewġ elezzjonijiet ġenerali, dawk tal-2013 u tal-2017, wettaqnih kważi fit-totalita tiegħu u anke saħansitra wettaqna aktar. Pajjiżna llum ma jintagħrafx minn kif kien disa’ snin ilu.

Dak li wegħdna fl-imgħoddi wettaqnih

It-titjib fl-infrastruttura tal-pajjiż huwa evidenti għal kulħadd, toroq arterjali ġodda, il-mijiet ta’ toroq residenzjali li nbndew f’kull belt u raħal tal-pajjiż, it-titjib fil-benefiċċji soċjali lil kull settur tas-soċjeta fosthom b’titjib sostanzjali fil-pensjonijiet, benefiċċji għall-persuni b’diżabilita. Iffaċjajna b’suċċess il-pandemija b’sistema tas-saħħa mill-aqwa u bi programm ta’ tilqim li kien l-għira tad-dinja u li bih salvajna l-ħajjiet ta’ mijiet ta’ nies. Ġibna lejn pajjiżna l-allokazzjoni rekord ta’ €2.27 biljun mill-Unjoni Ewropea u komplejna ninvestu fin-nies il-miljuni ta’ Ewro li kienu ġew allokati għal pajjiżna mill-programmi ta’ qabel.

Fuq kollox, pajjiżna mexa l-quddiem għax wettaqna wegħda oħra importanti, dik li nbidlu u ndaħħlu r-riformi kollha li kellu bżonn il-pajjiż biex inkunu nistgħu nqisu lil pajjiżna bħala pajjiż tassew modern li jixraq għar-realtajiet tal-lum. Daħħalna riformi bla preċedenti f’dak li għandu x’jaqsam ma’ drittijiet ċivili, riformi kbar oħra fil-qasam tas-saltna tad-dritt, fil-ħatriet tal-ġudikatura, tal-President tar-Repubblika u ta’ istituzzjonijiet oħra tal-istat. Tassew li pajjiżna ma jintagħrafx minn kif kien disa’ snin ilu.

Huwa għalhekk li l-poplu tagħna għandu jkompli jagħti l-fiduċja tiegħu lill-Partit Laburista u fuq kollox lil Robert Abela li fis-sentejn li ilu jmexxi l-Partit u l-pajjiż wera xi jsarraf meta ffaċċja sfida wara l-oħra, kemm ta’ natura politika kif ukoll dawk tas-saħħa u l-ekonomija tal-pajjiż bid-daqqa kbira tal-pandemija.

Proposti serji, studjati u “costed”

Għalhekk qed inħarsu b’entużjażmu lejn din ir-Rebbiegħa li ġejja. Meta fl-ewwel jiem biss tal-kampanja elettorali bdejna nsegwu l-proposti li qed ipoġġi quddiem l-elettorat Malti il-Partit Laburista, qegħdin naraw kemm dawn huma proposti serji li jistgħu jiġu mwettqa għax huma proposti studjati u “costed” u li fuq kollox il-pajjiż jiflaħ għalihom.

Kif tħabbar, prijorita ewlenija se tingħata lill-ambjent biex nagħmlu lil Malta aktar sabiħa u jkollna ambjent aħjar. Bħalma qed nagħmlu bil-proġetti tat-toroq b’investiment ta’ €100 miljun fis-sena fit-toroq tagħna, issa ser nibdew ninvestu €100 miljun oħra fis-sena biex noħolqu spazji ħodor ġodda fil-qalba tal-ibliet u l-irħula tagħna. Se nibnu parks, ġonna u nintroduċu l-kunċett ta’ “urban green reclamation” fosthom bil-ħolqien ta’ tunnels għat-traffiku bi spazji ħodor fuqhom, proġetti ta’ urban greening u parkeġġi taħt l-art.

Aktar flus fil-bwiet tan-nies

Imbagħad irridu naraw li l-familji tagħna jkollhom aktar dħul fil-bwiet tagħhom. Ħabbarna t-twessiegħ tat-tax bands għal kull kategorija ta’ familji filwaqt li qed nerġgħu nwegħdu li nkomplu nżidu l-pensjonijiet b’mill-inqas €15 fil-ġimgħa fuq medda ta’ leġislatura. Ser inkomplu ngħinu lill-first time buyers billi nħallsulhom €1000 fis-sena mis-self li jkunu ħadu fuq ix-xiri ta’ l-ewwel dar, għal għaxar snin sħaħ. Nemmnu wkoll li biex il-ħaddiema tagħna jieħdu l-aqwa u l-aħjar, anke s-sidien li jimpjegawhom iridu jibbenefikaw mit-traħħis fit-taxxi. Għaldaqstant għall-ewwel darba ser innaqqsu l-Corporate Tax minn 35% għal 25%.

Dawn kienu biss l-ewwel ftit proposti li ressaqna f’din il-kampanja elettorali. Fil-ġranet u l-ftit ġimgħat li fadal sal-elezzjoni, l-elettorat Malti u Għawdxi se jkollu quddiemu programm sħiħ ta’ proposti u riformi li b’fiduċja kbira nemmen li se jikseb l-approvazzjoni tal-maġġoranza fil-pajjiż biex inkomplu nagħtu l-aqwa u l-aħjar lill-familji Maltin u Għawdxin. Malta Flimkien hija t-tema li tgħaqqadna biex nagħtu dan il-futur sabiħ lil pajjiżna.

Differenza bejn Gvernijiet Laburisti minn dawk immexxijja mill-Partit Nazzjonalista dejjem kienet li amministrazzjoni Laburista tqis il-Manifest Elettorali li bih tkun rebħet il-fiduċja tal-poplu biex tmexxi l-pajjiż bħala dokument ewlieni li fuqu tkun ibbażata il-ħidma kollha tal-gvern. Tant hu minnu dan li sa mill-ħatra tal-Gvern Laburista f’Marzu tal-2013, inħatar saħansitra Ministru li kellu r-responsabbilta li jara li dak li jkun ġie propost fil-Manifest Elettorali, jitwettaq kemm jista’ jkun fl-intier tiegħu tul il-leġislatura kollha.

Ministeri u Segretarjati Parlamentari kontinwament ikunu mitluba jagħtu rendikont dwar xi jkun qed jitwettaq mill-Manifest Elettorali u dan fih innifsu jżomm lill-amministrazzjoni attenta li l-wegħdiet li jkunu saru mal-elettorat qabel l-elezzjoni, jitwettqu.

Is-suċċess ta’ dan il-gvern qiegħed hemm biex jarah kulħadd.

L-avversarji politiċi tagħna min-naħa l-oħra jibqgħu magħrufin għall-wegħdiet fiergħa tagħhom ta’ qabel l-elezzjonijiet li meta jgħaddu, jinsew dak li jkunu wegħdu u jagħmlu fattihom. Kellna l-eżempju klassiku ta’ meta wegħdu li jneħħu l-income tax, li jħallsu lin-nisa tad-dar talli joqgħodu d-dar, tat-tabib tal-għażla tiegħek b’xejn għal kulħadd u aktar riċenti, meta wegħdu li se jnaqqsu l-ogħla rata ta’ taxxa għal 25%, wegħda li ma wettqux u minflok imbagħad twettqet minn amministrazzjoni Laburista.

Bħala Deputat elett mill-Ħames Distrett Elettorali, nhar il-Ħadd li għadda kelli s-sodisfazzjoni nisma’ lill-Prim Ministru Robert Abela isemmi x’wettaq il-Gvern Laburista f’dan id-distrett. Meta kkontestajt għall-ewwel darba l-elezzjoni ġenerali f’dan id-distrett ħames snin ilu kont niltaqa’ man-nies u jilmentaw miegħi dwar kif nuqqasijiet fil-lokalitajiet tagħhom kienu qed jimpattaw fuq il-kwalita’ tal-ħajja tal-familji tagħhom.

Jingħalaq l-impjant tal-fuel f’Birżebbuġa

Min jaf kemm iltqajt ma’ residenti minn Birżebbuġa u lmentaw mill-inkonvenjent tat-tankijiet tal-fuel tal-Enemed, litteralment fil-qalba ta’ dan ir-raħal. Kienet ix-xewqa tar-residenti ta’ Birżebbuġa li dan l-inkonvenjent jitneħħa darba għal dejjem. Kellha tkun din l-amministrazzjoni li għax tant viċin in-nies, semgħet it-talba tagħhom u wettqet il-wegħda li dawn it-tankijiet jitneħħew.

Residenti oħra minn dan l-lokal jilmentaw spiss fuq id-dħaħen mill-mijiet ta’ vapuri li ta’ kull sena jgħaddu mill-Freeport. Bħala Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej ħdimt biex fl-aħħar nibdew naraw din il-problema tissolva. Fuq l-eżempju ta’ dak li qed jirnexxielna nagħmlu fil-Port il-Kbir, issa se nagħmluh ukoll fil-Freeport. B’investiment ta’ miljuni ta’ Ewro ta’ Fondi Ewropej se nwettqu l-proġett Shore-to-Ship fil-Freeport biex il-vapuri tal-merkanzija jibdew jitfu l-magni tagħhom kif isorġu mal-mollijiet u jieħdu l-bżonnijiet tagħhom tal-enerġija mill-grid nazzjonali.

Konferenza dwar il-proġett ta’ Shore-to-Ship fil-Freeport

Residenti ta’ Birżebbuġa ilhom snin isaqsuni jekk il-Freeport hux se jkompli jikber u joqrob aktar lejn ir-residenzi tagħhom. Id-deċiżjoni għaqlija li ħadet l-amministrazzjoni preżenti hija li dan ma nħalluhx isir. Amministrazzjoni Nazzjonalista riedet li medda għadda kbira ġewwa Bengħajsa tingħata lill-Freeport imma l-għażla li għamilna aħna favur ir-residenti ta’ Birżebbuġa kienet li din l-art tinbidel f’masġar kbir, spazju miftuħ biex jitgawda mill-familji kollha.

L-istess jista’ jingħad għall-għażla li għamilna li nibdlu l-miżbla ta’ Wied Fulija fi spazju miftuħ għat-tgawdija tal-familji li jgħixu fl-irħula tal-madwar u għal kull min jixtieq iżuru. Irnexxielna nġibu lejn pajjiżna Fondi Ewropej li bihom irrijabilitajna miżbla li kienet ta’ inkonvenjent kbir għal kulħadd bl-emmissjonijiet tossiċi li kienet titfa’ fl-arja tal-irħula fil-qrib. Wara li flimkien mal-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru Aaron Farrugia inawgurajna dan il-proġett sabiħ f’Awwissu li għadda, issa nistgħu naraw lill-familji tagħna jgawdu dan l-ispazju miftuħ b’waħda mill-isbaħ veduti tal-gżejjer Maltin.

Riġenerazzjoni ta’ Wied Fulija fiż-Żurrieq

Il-lokalitajiet tal-5 Distrett gawdew bil-kbir b’wegħda oħra mwettqa mill-Gvern Laburista, dik li jinvesti miljuni kbar fit-toroq tagħna. Proġetti ewlenin ta’ Infrastructure Malta litteralment bidlu l-wiċċ ta’ dan id-distrett. Toroq arterjali ewlenin bħal dik taż-Żurrieq kemm fid-direzzjoni ta’ Ħal Safi u anke lejn Wied iż-Żurrieq, Triq Valletta li tagħti għall-Imqabba, il-bypasses tal-Imqabba u l-Qrendi, u l-upgrading li sar fil-mini ta’ taħt ir-runway huma biss ftit eżempji tax-xogħol kbir li sar. Magħhom, mijiet ta’ toroq residenzjali u oħra rurali li wkoll qed iħallu impatt mill-aktar pożittiv fuq il-ħajja tan-nies tal-Ħames Distrett. Fi ftit xhur oħra dawn ir-residenti kollha jibdew igawdu wkoll mill-proġetti kbar li qed isiru qrib l-ajruport fejn it-traffiku mistenni jibda jimxi b’mod aktar effiċjenti f’dawn l-inħawi.

Dan il-Gvern li se jersaq għall-ġudizzju tal-poplu f’elezzjoni ġenerali għandu għax tassew ikun kburi li dak li wiegħed lill-elettorat Malti ħames snin ilu, wettqu u saħansitra wettaq aktar minn dak li wiegħed. Is-suċċess ta’ dan il-gvern qiegħed hemm biex jarah kulħadd. In-nies jistgħu jikkonfermaw li kellhom Gvern viċin tagħhom, li jisma’ it-talbiet tagħhom u jaġixxi biex ikunu jistgħu jgħixu aħjar. Dan żgur wettaqnih fil-Ħames Distrett bħalma wettaqnih ukoll fil-kumplament tal-pajjiż kollu. Il-fiduċja tal-Maltin u l-Għawdxin fil-Partit Laburista tissarraf f‘ħidma bla waqfien favur il-familji Maltin u Għawdxin kollha.

Direzzjoni ekonomika li biha rnexxielna kull sena nagħtu żidiet sostanzjali lill-pensjonanti.

Fl-aħħar jiem fil-Parlament iddiskutejna l-abbozz ta’ liġi li se jkun qed jimplimenta l-bosta miżuri li kienu tħabbru fil-budget ta’ Ottubru li għadda filwaqt li miżuri oħra li ma kellhomx bżonn approvazzjoni mill-Parlament daħlu fis-seħħ, jew mill-għada tal-budget jew mill-1 ta’ Jannar li għadda.

Kelli l-opportunità nitkellem fl-istadju tat-tieni qari ta’ din il-liġi u fissirt dik li nqis bħala differenza skejtta fl-għażliet ekonomiċi li l-Gvern Laburista għamel fl-aħħar disa’ snin għal dawk tal-amministrazzjoni Nazzjonalista qabel l-2013. Il-problema li nara jien fl-analiżi tiegħi ta’ din id-differenza hija li l-Partit Nazzjonalista, minkejja li għaddew dawn id-disa’ snin baqa’ ma tgħallem xejn u wisq nibża’ li għadhom iħaddnu l-istess twemmin fuq id-direzzjoni ekonomiku ta’ pajjiżna.

Kelli l-opportunita nfakkar fil-Parlament li fi żmien il-kriżi finanzjarja mondjali tal-2009 u fis-snin ta’ wara, l-amministrazzjoni Nazzjonalista għażlet li tinforza fuq pajjiżna politika ekonomika ta’ awsterità qawwija li nixfet il-bwiet tal-Maltin u l-Għawdxin u kompliet taggrava is-sitwazzjoni mhux biss tal-familji imma wkoll tal-qagħda ekonomika tal-pajjiż.

Fakkart fiż-żjidiet kbar li l-amministrazzjoni Nazzjonalista kienet imponiet fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, kontijiet li bdew ifaqqru lin-nies tant li l-għadd ta’ dawk li kienu qed jgħixu fil-marġni tal-faqar żdied sostanzjalment. Il-familji Maltin u Għawdxin ħassew bil-kbir din il-għafsa, bdew ifaddlu inqas u b’inqas flus għall-infieq tagħhom kellna tkabbir ekonomiku baxx ħafna u f’xi snin kienu kważi negliġibbli.

Ma kienux biss il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Iddaħħlu wkoll bosta taxxi filwaqt li miżuri tat-traħħis fit-taxxi li kienu mwegħda saħansitra fil-programm elettorali tħallew fil-ġenb u kellha tkun l-amministrazzjoni Laburista li daħlet għat-tmexxija tal-pajjiż fl-2013 li implimentathom sa mill-ewwel budget li ppreżentat ftit taż-żmien wara. Kellha tkun ukoll din l-amministrazzjoni li mill-ewwel neħħiet it-taxxa li kienu se jibdew iħallsu dawk li jaqilgħu il-minimum wage.

Il-bidla fid-direzzjoni ekonomika tal-pajjiz kienet għalhekk evidenti sa mill-ewwel jiem tal-amministrazzjoni l-ġdida Laburista tal-2013. Ridna mmorru fid-direzzjoni ta’ tkabbir ekonomiku sostenibbli b’għażliet importanti biex inżidu r-ritmu ekonomiku fil-pajjiż. Nidejna skemi li jħajjru n-nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol, partikolarment lin-nisa li kienu jibqgħu id-dar wara li jkollhom it-tfal. Introduċejna c-childcare b’xejn għal kulħadd u dawn wassal biex kellna tkabbir sostanzjali fl-għadd ta’ nisa li reġgħu marru jaħdmu.

Is-snin li għaddew kienu snin fejn investejna fin-nies kemm dawk produttivi kif ukoll fl-anzjani tagħna li dejjem emminna li wara snin twal ta’ ħidma għandu jkollhom serħan mix-xogħol b’dinjità billi jingħataw pensjonijiet xierqa. Żidna l-pensjonijiet sena wara sena għal sitt snin sħaħ wara xulxin u ż-żidiet li tajna kienu dejjem ferm aktar minn dik maqbula għall-għoli tal-ħajja. Ma’ dawn iż-żidiet tejjibna bosta miżuri soċjali għall-pensjonanti li forsi ma kkontribwewx għas-sigurta soċjali, żjidiet fl-għajnuniet supplimentari, dawk għar-romol u persuni b’diżabilità.

Bis-saħħa tad-deċiżjonijiet u l-għażliet it-tajbin li għamilna, l-andament ekonomiku mill-ewwel kien beda jurina li din kienet tassew it-triq li kellna naqbdu. It-tkabbir beda jġib miegħu aktar tkabbir u bis-saħħa ta’ qagħda ekonomika b’saħħitha, b’surplus irreġistrat f’bosta snin, stajna ninċentivaw liż-żgħażagħ jixtru d-dar tagħhom u negozji jingħataw għajnuniet biex ikabbru n-negozju tagħhom.

Li ma kienetx għall-pandemija li ġabet magħhha fuq id-dinja l-akbar kriżi mit-Tieni Gwerra Dinjija ‘l hawn, dan ir-ritmu ta’ tkabbir ekonomiku mingħajr l-ebda dubju kien ikomplu jkun reġistrat sena wara sena. Imma mill-2020 ‘l hawn kellna nieħdu l-miżuri kollha li kien hemm bżonn biex l-ewwel ħarisna s-saħħa tan-nies u mbagħad naraw li l-ekonomija ta’ pajjiżna tibqa’ fuq saqajha.

M’għandix dubju li kien ikun mod ieħor li kieku ma kabbarniex l-ekonomija kif kabbarniha u ġibna l-qagħda finanzjarja tal-pajjiż fl-aqwa stat li qatt kienet fih. Konna b’saħħitna biżżejjed biex stajna nwieżnu lil kull qasam tal-ħajja ekonomika fil-pajjiż. Mhux biss infaqna miljuni kbar fil-qasam tas-saħħa biex ħarisna s-saħħa tal-poplu imma wkoll investejna kważi €700 miljun fin-nies billi pprovdejna l-wage supplement u żammejna lil eluf kbar ta’ ħaddiema fl-impjieg tagħhom. Tajna għajnuniet fuq il-kontijiet tad-dawl lin-negozji, ħallejna lin-negozji jħallsu aktar tard il-kontijiet dovuti ta’ taxxi, tajna għajnuniet fuq il-kirjiet tan-negozju u għadd kbir ta’ miżuri oħra.

F’hiex wassalna dan kollu? Minkejja l-pandemija illum għandna l-inqas rata ta’ qagħad li qatt kellna f’pajjiżna minkejja kull tbassir li kellna u dan huwa wkoll l-inqas rata ta’ qagħad fl-Unjoni Ewropea kollha.. Għandna l-inqas rata ta’ qagħad fost iż-żgħażagħ u fl-istess waqt qegħdin nirreġistraw l-aktar rata għolja ta’ tkabbir ekonomiku fl-Ewropa. Il-pilastru ewlieni tal-ekonomija tagħna, it-turiżmu, reġa’ beda jirkupra ġmielu u jidher li għandna prospetti sbieħ għas-sajf li ġej.

Dan kollu ksibnih u qed inkomplu niksbuħ għaliex b’direzzjoni ċara u b’għażliet għaqlin, investejna fin-nies u emminna fil-kapaċijiet u r-reżiljenza tal-poplu Malti li quddiem kull sfida iqum għall-okkażjoni u jagħti sehmu. Issa ma jdumx  ma jasal il-mument li se jkun il-poplu tagħna li jagħmel l-għażla tiegħu, għażla bejn id-direzzjoni tagħna ta’ investiment fin-nies u dik ta’ ħaddieħor li jintaxxa lin-nies u joħnoq l-attività ekonomika fil-pajjiż. Nemmen bis-sħiħ li l-poplu tagħna se jagħmel huwa wkoll l-għażla t-tajba favur partit li fil-Gvern wera bil-provi li kapaċi joħloq il-ġid u jqassmu b’ġustizzja biex jasal għand kulħadd.

As unprecedented as it was, the economic growth experienced in these last eight years did not restrict us solely to short-termism. Making the country ‘future-proof’ was a topic often mooted but maybe rarely described. This seemingly simple idea entails equipping Maltese society, the economy and the infrastructure around us in its wider sense, with a degree of resilience to be able to withstand the social, environmental and technological developments that are coming our way.

The public health crisis has understandably, dominated the news cycle and the collective attention of the global population. However, it should not take away our attention from a much deeper crisis which is no longer set in the future but which is here with us and which will wreak havoc if left unattended. This crisis is Climate Change and the warming global temperatures which have already resulted in abnormal weather patterns and unpleasant extremities.

The readiness to lay our focus on the future, was unexpectedly presented by the current crisis. The European Union came together in what was also an unprecedented manifestation of solidarity, to generate new funds. These funds are intended to not only enable member states face the current adversity but also to pick up the pace on the green and digital transitions – the toughest antidote we direly need.

To drive this change we have secured the largest ever allocation since the country joined the Union. A Recovery and Resilience Plan was designed last year, ambitious in its green targets, and with the first tranche of the €320 million received before the turn of the year, we are well-positioned to start putting it into practice.

A green economy which we are after, will not come about overnight. However, it will quickly result in changes in transportation, in business operations and industrial machinery and in waste management. It might sound daunting to a small business but it is possible with an ever-present State support. Knowingly or not, we already transformed, as small changes guided us into better waste separation, more recycling and adapted product choice including cleaner vehicles. These changes will continue as both the business community will be supported to transform its ways and means, and the customer will continue to be encouraged with subsidies and support for healthier and safer choices as seen in October’s radical budget.

Some might not be aware but we are living through the Fourth Industrial Revolution. The world changed before our very eyes thanks to rapid technological progress we have grown to depend on. There are digitally automated processes ingrained in our everyday life, robots and Artificial Intelligence products we constantly hold in the palm of our hands. Failing to adapt to such changes as a country will dissipate the potential we harbor to be relevant in this new changing world. We can still be an important tech hub, we can still attract new economic sectors provided by a digital economy and we can make our present systems including in healthcare and government services much simpler, quicker and safer through digital transformation.

“A green economy which we are after, will not come about overnight. However, it will quickly result in changes in transportation, in business operations and industrial machinery and in waste management.”

Significant support is there already. Small and large enterprises alike are not only encouraged but supported by the State to digitalise, develop their digital outlets so that they may venture into the global market, and to reimagine their operations digitally so that they may become even more efficient and competitive.

These transitions are the future and within them lies a beautiful opportunity to become a cleaner, healthier, country which ensures a very high standard of living and high quality employment. They also present undeniable challenges, not least to prepare factions of Maltese society and the workforce for a world of work that is changing.

Training and upskilling are essential in order to ensure that we can keep our own pace of transition without leaving anyone behind. Lifelong education is seeing more investment as it is quickly turning into a basic need.

Instead of sitting on our laurels, the growth experienced has only placed us better to master our own fate as a society and build our own future as destination of quality and a good place to live for everyone.

 

 

Kulħadd jaqbel li t-tkabbir ekonomiku li kellna f’pajjiżna f’bosta mill-aħħar disa’ snin kien wieħed bla preċedent. Minkejja dan bħala politiċi għandna r-responsabbilta li naraw lil hinn mill-ġid miksub minn dan it-tkabbir imma nħarsu ‘l bogħod u niżnu f’se jkunu l-ħtiġijiet tal-pajjiż fil-futur. Irridu li s-soċjeta Maltija, l-ekonomija u l-infrastruttura fis-sens wiesgħa tagħha jkunu reżiljenti biżżejjed u kapaċi jilqgħu l-iżviluppi soċjali, ambjentali u teknoloġiċi li qed iseħħu madwarna.

Fl-aħħar sentejn, il-kriżi fis-saħħa pubblika kkaġunata mill-pandemija iddominat l-attenzjoni tal-popli fid-dinja kollha. Imma din il-kriżi m’għandhiex iżżommna lura milli nkomplu nagħtu attenzjoni kbira lil kriżi oħra li tinsab magħna u li tista’ ġġib diżastru sħiħ jekk ma nindirizzawhiex. Qed nirreferi għat-tibdil fil-klima u l-mod kif qed tisħon il-klima tad-dinja, fenomeni li diġa qed naraw il-konsegwenzi tagħhom b’diżastri naturali frekwenti li ftit konna naraw bħalhom qabel.

Propju dawn il-kriżijiet li qed inħabbtu wiċċna magħhom bħal donnu ġabu lil kulħadd f’sensih li jeħtieġ niffukaw aktar fuq il-futur. L-Unjoni Ewropea kienet fuq quddiem nett li ħadmet b’mod li qatt ma ħadmet bħalu qabel biex bdiet tiġġenera l-fondi meħtieġa biex niffaċċjaw din is-sitwazzjoni. Il-fondi ġew intiżi li jintużaw biex l-Istati Membri mhux biss ikunu jistgħu jirkupraw mid-daqqa li qalgħu bil-kriżi tal-pandemija imma wkoll biex ilestu l-ekonomiji tagħhom għall-futur, billi jittrasformaw l-ekonomiji tagħhom lejn ekonomija ħadra u diġitali.

Biex din il-bidla ssir ukoll fl-ekonomija tagħna rnexxielna niksbu allokazzjoni rekord ta’ Fondi Ewropej għas-snin 2021-2027. Minn din l-allokazzjoni se nirċievu għotja ta’ madwar €320 miljun għall-Pjan tagħna għall-Irkupru u r-Reżiljenza li huwa mmirat l-aktar lejn din it-trasformazzjoni li rridu nagħmlu fl-ekonomija tagħna. Diġa rċevejna l-ewwel pagament ta’ prifinanzjament għall-Pjan tagħna li huwa fost l-aktar ambizzjużi ambjentalment mill-pjani kollha mressqa lill-Kummissjoni Ewropea kif fil-fatt ġie mfisser mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von der Leyen. Bosta investimenti u riformi minn dan il-Pjan diġa bdew jitwettqu u proġetti ewlenin oħra minnhu jinsabu fl-istadju ta’ ippjanar dettaljat.

Il-bidla lejn ekonomija ħadra mhix se ssir mil-lejl għan-nhar. Din se ġġib magħha tibdil kbir fil-mezzi tat-trasport tagħna u fil-mod kif nivvjaġġaw minn post għall-ieħor f’pajjiżna stess. Se tkun tfisser tibdil kruċjali fil-mod kif joperaw in-negozji f’pajjiżna, kif topera l-industrija u l-makkinarju li tuża u bidliet importanti fl-immaniġġjar tal-iskart f’pajjiżna. Għan-negozji ż-żgħar jista’ jkun li x-xogħol involut biex l-operat tkun ikun aktar ambjentalment nadif jinvolvi l-ispejjeż imma għal dan qed nippjanaw skemi ta’ għajnuniet biex, bħala eżempju, binjiet kummerċjali tal-privat ikunu rinovati ħalli jkunu aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Anke l-inċentivi kbar li qed nagħtu biex vetturi jinbidlu għal dawk elettriċi għandhom ukoll l-għan li jgħinu f’din it-trasformazzjoni.

Dak li tinsab għaddejja minnu d-dinja bħalissa qed jitqies fi ċrieki internazzjonali bħala r-Raba’ Rivoluzzjoni Industrijali. Grazzi għall-iżviluppi teknoloġiċi tal-aħħar snin, bil-kemm indunajna li għaddejna minn bidla li ġabitna niddependu fuq it-teknoloġija u bla ma nafu għandna f’idejna prodotti li fihom elementi ta’ intelliġenza artifiċjali jew robotika. Bħala pajjiż jeħtieġ li nkomplu nilqgħu dawn l-iżviluppi u nkunu lesti għal aktar progress biex pajjiżna jkun quddiem nett fost dawk li qed jaddattaw ruħhom għal din id-dinja li qed tinbidel. Għandna l-potenzjal biex ikunu ċentru teknoloġiku li jattira niċeċ ekonomiċi ġodda fl-ekonomija diġitali. Nistgħu bħala pajjiż permezz tat-trasformazzjoni lejn ekonomija diġitali anke ninvestu f’aktar servizzi diġitali fl-oqsma kollha tal-gvern u partikularment is-saħħa biex nipprovdu servizzi b’aktar faċilita u aktar malajr liċ-ċittadini tagħna.

Anke f’dan il-qasam l-għajnuna mill-Gvern, partikolarment lill-intrapriżi u negozji Maltin diġa qed tingħata biex dawn jibdlu sistemi attwali tagħhom ma’ dawk diġitali u moderni biex isiru aktar kompetittivi kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment u joffru lill-klijenti tagħhom l-aqwa servizz.

Dawn il-bidliet li qegħdin nagħmlu u li rridu nagħmlu fis-snin li ġejjin qegħdin joffrulna opportunita li naħdmu biex ikollna pajjiż aktar nadif, aktar b’saħħtu u wieħed li jagħti lill-poplu tiegħu livell ta’ għixien mill-aqwa u impjiegi ta’ l-ogħla kwalita. Magħha din il-bidla qed iġġib ukoll sfida, dik li sezzjonijiet tas-soċjeta Maltija u partikolarment il-forza tax-xogħol, jaddattaw ruħhom għal din id-dinja li qed tinbidel.

It-taħriġ kontinwu u t-titjib fil-ħiliet tal-ħaddiema tagħna huma essenzjali biex nirnexxu f’din il-bidla. Bil-Fondi Ewropej li ksibna għal pajjiżna għandna opportunita tad-deheb biex inħarrġu liż-żgħażagħ u ħaddiema, nħeġġu aktar żgħażagħ ikomplu jistudjaw wara li jagħlqu s-sittax-il sena u nħeġġu wkoll lill-Maltin kollha ta’ kull eta ikomplu jistudjaw tul il-ħajja (lifelong learning). Se jkollna fix-xhur u s-snin li ġejjin programmi apposta li jindirizzaw dawn l-oqsma.

Wara s-suċċessi ekonomiċi ta’ l-aħħar snin, issa rridu nħarsu ‘l quddiem biex inkunu aħna li permezz tat-trasformazzjoni li rridu nwettqu lejn ekonomija ħadra u diġitali nkomplu niksbu aktar suċċess b’riżq il-familji Maltin u Għawdxin kollha.

Ippubblikat f’ILLUM, il-Ħadd 23 ta’ Jannar, 2022.