BIDLIET MEĦTIEĠA
Meta l-elettorat jafda t-tmexxija tal-pajjiż f’idejn partit politiku ikun qed jistenna li jkollu Gvern li jieħu d-deċizjonijiet fl-aħjar interess tal-pajjiż. Kull politiku li jkun fdat bit-tmexxija ta’ settur partikolari fl-amministrazzjoni pubblika jkollu quddiemu deċiżjonijiet li jrid jieħu ta’ kuljum. Wara kull bidla li trid isseħħ ikun hemm il-ħsieb, ir-riċerka, il-konsultazzjoni u t-tfittxija għal dak li […]