“Soċjetà li tassew timxi ’l quddiem hija dik li tgħin lil kull membru tagħha jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu jew tagħha”

Din il-ġimgħa flimkien mal-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri, nedejna it-tieni edizzjoni ta’ programm minn Fondi Ewropej li se jagħmel differenza konkreta fil-ħajja ta’ ħafna nies f’pajjiżna — il-Programm VASTE II.

Dan il-programm jirrappreżenta eżempju ċar ta’ kif qed nagħmlu użu għaqli u effettiv mill-Fondi Ewropej biex nibnu Malta aktar ġusta u aktar inklużiva. Għan li jiġbor fih wieħed mill-objettivi prinċipali fil-politika ta’ Gvern Laburista; li ħadt ma jibqa’ lura, anke fid-dinja tax-xogħol.

VASTE II, li għandu allokazzjoni ta’ €18-il miljun taħt l-ESF+, se jkun qed joffri tama ġdida u opportunitajiet ġodda lil dawk li, aktar minn ħaddieħor, għandhom bżonn l-appoġġ tagħna biex jintegraw fis-suq tax-xogħol: persuni b’diżabilità, gruppi vulnerabbli u persuni f’riskju ta’ faqar.

Dan mhux biss programm ta’ taħriġ jew ta’ riċerka. Huwa programm komprensiv li jinkludi servizzi professjonali ta’ appoġġ, taħriġ prattiku, kowċing u mentoring — kollu maħsub biex jagħti lil dawn il-persuni mhux biss opportunità ta’ xogħol, iżda wkoll ħiliet u kunfidenza biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja aktar indipendenti u b’dinjità.

Nemmen bis-sħiħ li soċjetà li tassew timxi ’l quddiem hija dik li tgħin lil kull membru tagħha jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu jew tagħha. U b’dan il-programm, flimkien mal-ħidma ta’ Jobsplus u l-professjonisti kollha involuti, qed nagħmlu pass importanti f’din id-direzzjoni.

Fl-istess ħin, dan il-programm jirrifletti wkoll il-ħidma konkreta tal-Gvern flimkien mal-imsieħba Ewropej tagħna biex il-Fondi Ewropej jiġu użati b’impatt pożittiv fil-komunità tagħna. Dan huwa wkoll essenzjali biex bħala Gvern, nkomplu naħdmu b’għaqal biex nwettqu l-proposti ambizzjużi tal-Programm Elettorali.

Huwa għalhekk li, bħalma qed nagħmlu f’ħafna oqsma oħra, se nibqgħu nagħmlu minn kollox biex kull ewro ta’ fondi Ewropej jasal fejn tassew hemm bżonn, biex noħolqu aktar ġid u nkomplu ntejbu l-ħajja tan-nies.

F’dan il-kuntest, nixtieq nirringrazzja lil Jobsplus u l-ħaddiema fi ħdan FONDI.eu, u lil dawk kollha li ħadmu biex wasalna għal din it-tnedija. Grazzi wkoll lil dawk il-ħaddiema, il-kowċis u l-mentors li se jkunu fuq quddiem nett biex jagħmlu differenza fil-ħajja ta’ tant nies.

Nawgura li l-programm VASTE II jinfetaħ b’ġid u b’suċċess, u li nkomplu naraw stejjer ġodda ta’ suċċess u ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda għal ħafna aktar nies.

It is with great pride that I stand before you today at the close of the 4th European Youth Work Convention here in Valletta. Up until yesterday, I had no idea I’d be standing here with you today in my new role as Minister for EU Funds and the Implementation of the Electoral Programme. So, if I look a little perplexed, I ask for your understanding—it’s been a whirlwind day, but I truly couldn’t have hoped for a more inspiring occasion to begin this new chapter.

 

A chapter, that I have to say, is actually Chapter Two as this portfolio for me is surely not unfamiliar. Between 2020 and 2022, I had the honour of overseeing European Funds as Parliamentary Secretary. Those, as you might recall, were challenging years, especially through the pandemic – but they were also a powerful reminder of how crucial EU funding is in driving forward national priorities and supporting people through uncertain times. I return to this role with experience, energy, and a clear sense of purpose.

Over the past few days, you have witnessed something truly special—voices united, ideas shared, and a community of passionate youth workers, decision-makers, and young people determined to shape the future of youth policy in Europe. This Convention, under the theme ‘Youth Work Xcelerate’, has been a pivotal platform. It allowed us not only to reflect on where we are but to decisively set the course for where we want youth work in Europe to go. And we did just that.

Together, you took stock of the progress made since the last Convention in 2020. And I am proud to say that the landscape of European youth work is stronger, more connected, and more empowered than ever before.

Our work would not be possible without the sustained commitment and investment of the European Union through Erasmus+ and the European Solidarity Corps. Through Erasmus+, youth worker mobility and cooperation projects have laid the foundation for a more recognised, better resourced, and better connected youth work profession. These opportunities enabled our youth workers to gain international experience, engage in knowledge-sharing, and return home inspired with new tools and practices.

“The landscape of European youth work is stronger, more connected, and more empowered than ever before”

In Malta alone, the Erasmus+ Youth field recorded 2,986 participants in learning mobility activities across 2023 and 2024, supported by a remarkable 390 youth organisations. This represents not only strong engagement but also deep-rooted institutional participation that will carry this work forward.

The European Solidarity Corps has equally left its mark. Through high-quality volunteering and solidarity projects, it has brought the values of democracy, cohesion, and active citizenship to life for young people. It has also aligned closely with Malta’s National Volunteering Policy 2020–2025, especially in promoting good governance, inclusion, and relevance in volunteering initiatives. These programmes are more than numbers. They are stories of transformation. Of young people finding their voice. Of youth workers finding recognition. Of organisations building bridges across borders.

This Convention was an opportunity to reflect on how these initiatives feed directly into broader national and European strategies. From the European Youth Strategy 2019–2027, to the European Youth Work Agenda, to our own Malta Strategy 2050, there has been a consistent call: to empower young people not just as beneficiaries, but as co-creators of the democratic and social fabric of our countries.

“Malta’s Vision 2050 envisions a just, inclusive, and resilient society. Youth work is a cornerstone in achieving this future.”

It is through strong youth participation and recognised youth work that we will realise the strategic goals of sustainable development, social cohesion, and innovation.

These past few days, we did more than exchange ideas—we built a European Roadmap for Youth Work. Together, we agreed on shared priorities, affirmed our commitment to quality standards, and designed mechanisms for collaboration that will ensure the sustainability of youth work across Europe. We paved the way for the future. We laid down a concrete plan to accelerate—not just youth work, but also the recognition, resources, and respect it so rightly deserves.

Being in the driving seat of the Presidency of the Council of Europe, we are proud to have contributed meaningfully to this shared vision. Let me say it clearly: even the smallest country can play a big role in shaping Europe’s youth policy. Malta may be small in size, but through our commitment, through our leadership at this Convention, and through the active participation of our institutions and young people in Erasmus+ and ESC—we have proven that we can lead, we can inspire, and we can accelerate change.

In closing, I wish to thank all our partners—the European Commission, the Council of Europe, the EU-Council of Europe Youth Partnership, and our own national youth agency Aġenzija Żgħażagħ, along with the EUPA, for their unwavering support. To all youth workers, volunteers, and young people—your work matters, your voice matters, and your future matters. Let us go forward with renewed determination to build a Europe where no young person is left behind.

And as I step into this new role, I want to make it clear that I am here for you. I make myself available to listen, to collaborate, and to support your efforts—because it is only by working together that we can truly turn our shared vision into reality. Thank you, and I look forward to continuing this journey together.

Thank you.

Meta qed nimplimentaw il-Budget ta’ din is-sena, għandna 60% tal-miżuri tal-budget li huma meħuda mill-Manifest Elettorali. Filwaqt li l-Budget jagħti d-direzzjoni kif inkomplu mmexxu l-pajjiż ’il quddiem b’dawn il-miżuri qegħdin b’mod konkret inwettqu dak li wegħedna fil-Manifest Elettorali ta’ tliet snin ilu.

Dan intqal mill-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali Stefan Zrinzo Azzopardi meta fil-Parlament kien qed iwieġeb mistoqsija supplimentari li saritlu mill-Whip tal-Gvern Naomi Cachia fis-seduta Parlamentari tat-Tlieta.

“Qegħdin b’mod konkret inwettqu dak li wegħedna fil-Manifest Elettorali”

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi tkellem ukoll fid-dibattitu Parlamentari dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-Budget u saħaq li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista kontinwament qed ittambar li trid bidla fil-mudell ekonomiku tal-pajjiż mingħajr biss ma tgħid x’qegħda tipproponi. Huwa qal li n-nies bir-raġun qed isaqsu jekk bil-bidla fil-mudell ekonomiku ikunx ifisser li l-pajjiż imur lura għal dak ta’ qabel l-2013 meta kulħadd kien jitkellem fuq kontijiet. Huwa fakkar li anke fl-għażliet li qed jagħmel bħalissa l-Partit Nazzjonalista għal dawk li huma strutturi interni tiegħu qed jikkonfermaw li jridu jmorru lura għal żmien GonziPN, u allura għall-mudell ekonomika ta’ dak iż-żmien.

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi stqarr li miżuri soċjali li ttieħdu fl-aħħar tnax-il sena, qatt ma ttieħdu minn amministrazzjoni nazzjonalista skont il-mudell ekonomika tagħha ta’ qabel l-2013. Huwa qal li l-budget li qed nimplimentaw din is-sena jikkonferma li kull meta Gvern Laburista jiġi biex jagħmel l-għażliet, ikun dejjem fuq in-naħa tan-nies.

Il-Ministru żied jgħid li meta d-deputati parlamentari jiltaqgħu man-nies fi djarhom jisimgħu minn għandhom kif il-pensjonijiet taħt Gvernijiet Laburisti baqgħu jiżdiedu sena wara l-oħra mhux bħal ma kien jiġri qabel. L-istess għaċ-childrens’ allowances, li żdiedu sena wara l-oħra.

Huwa tkellem dwar is-suċċess ekonomiku tal-Gvern u ċ-ċertifikati pożittivi li qed jirċievi mingħand l-aqwa istituzzjonijiet tal-kreditu internazzjonali. Il-pajjiż għandu dan l-għarfien internazzjonali mhux biss għal fejn tinsab l-ekonomija tagħna llum imma anke għal dawk li l-istess istituzzjonijiet qed jipprospettaw għall-ekonomija Maltija fil-ġejjieni.

Dawn huwa Gvern, saħaq il-Ministru Zrinzo Azzopardi li fl-aħħar 12-il sena kiseb suċċess ekonomiku wara l-ieħor, rekord ta’ ħolqien tax-xogħol, il-qagħad spiċċa, b’kuntrast mal-mudell ekonomiku ta’ GonziPN li taħtu kellna rekord ta’ qagħad, rekord ta’ nies ifittxu x-xogħol u Prim Ministru li ġie fil-Parlament u jgħid li se jivvota bil-qalb biex jogħlew il-kontijiet.

Fid-diskors tiegħu l-Ministru Zrinzo Azzopardi tkellem ukoll dwar ix-xogħol li qed iwettqu d-diversi entitajiet fid-dekasteru tiegħu biex jimplimentaw il-budget ta’ din is-sena. Semma ir-riforma li għaddejja għas-Sistema tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet li għandha l-għan li sas-sena 2035, it-territorju Malti u Għawdxi kollu jkun żona ta’ reġistrazzjoni obbligatorja. Huwa radd ħajr lil dawk kollha li taw il-kontribut tagħhom waqt il-perjodu tal-konsultazzjoni pubblika u saħaq li din ir-riforma trid isseħħ bil-koperazzjoni ta’ kulħadd. Huwa qal li fiż-żmien li ġej se jingħataw dettalji dwar kif se tibda titħaddem sistema diġitali ġdida fir-Reġistru tal-Artijiet.

Tkellem ukoll dwar l-Awtorità tal-Artijiet u qal li din is-sena l-Gvern se jkun qed jara x’interventi leġislattivi hemm bżonn biex, wara esperjenza ta’ tmien snin kemm ilha teżisti din l-Awtorità, isir l-istrutturar li hemm bżonn ħalli ssir waħda li taħdem b’aktar effiċjenza. Se tkompli tingħata importanza lejn il-qalba diġitali ta’ din l-Awtorita li diġa qed tiskenja l-files kollha tagħha u l-applikazzjonijiet għas-servizzi tal-Awtorita huma kollha online.

“It-triq ‘l quddiem irridu nfassluha flimkien, u kulħadd irid ikollu sehem fl-ideat li jitressqu ’l quddiem.”

Is-sena li qed tintemm immarkat numru ta’ anniversarji importanti fl-istorja tagħna bħala pajjiż. Anniversarji li jfakkuna f’kisbiet kbar li għamlu missierijietna u għażliet importanti li għamilna bħala poplu tul is-snin. Kisbiet li tawna s-sovranità, kostituzzjoni repubblikana, il-ħelsien minn Malta bħala bażi militari u s-sħubija fl-Unjoni Ewropeja.

Pajjiżna hu dak li hu llum b’riżultat ta’ dawn il-kisbiet u l-għażliet li saru tul is-snin. L-għarfien tal-mixja ta’ pajjiż hija meħtiega, għaliex min ma jafx minfejn hu gej qatt ma jista’ jkun jaf ‘l fejn sejjer. Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-kisbiet ta’ pajjiżna tul is-snin għandħom iservuna bħala punt ta’ tluq lejn il-ġejjieni.

Irridu niċċelebraw li matul is-snin, pajjiżna rnexxilu jibni ekonomija b’saħħitħa. Ekonomija li qed tikber b’rati bla preċedent u li qed toħloq xogħol għal kulħadd. Il-mistoqsija li rridu nwiegbu hija x’Malta rridu fiż-żmien li ġej. X’għażliet irridu nagħmlu llum biex infasslu il-Malta t’għada. X’inhu dak it-tajjeb li rridu nkomplu nibnu fuqu u fejn hemm bżonn inbiddlu.

Qed ngħixu f’dinja li qed tinbidel b’rata ferm aktar mgħaġġla, li fiha diversi instabilitajiet u kunflitti, li qed tara avvanzi tekonoloġiċi kbar bit-tħaddim tal-intelligenza artifiċjali. Dinja li fiha rwoli u xogħlijiet differenti li se jkunu qed jieħdu post xogħlijiet li nafu bihom sal lum.

Dan kollu iwassalna mhux biss biex inħarsu lejn il-futur bħala tkomplija tal-preżent, iżda li nifmhu kif irridu nitħejjew għal dak kollu li dan it-tibdil se jgib miegħu. It-tħejjija hija importanti, specjalment biex nippreparaw lill-generazzjonijiet li telgħin.

Filwaqt li rridu nħejju għal dawn l-isfidi, irridu nibqgħu nagħmlu l-għażliet it-tajba biex l-ekonomija tibqa’ b’saħħitħa. Irridu naġġornaw il-mod kif naħdmu biex pajjiżna isir wieħed ta’ aktar kwalità. Pajjiż li jattira aktar attivitajiet li jħallu valur akbar, u li jnaqqsu l-impatti negattivi tal-attività ekonomika.

F’inqas minn 75 sena, dan il-pajjiż irnexxilu jibni ekonomija sostenibbli, b’setturi ekonomiċi varji. Mill-gdid ninsabu f’mument importanti biex bħalma ta’ qabilna kisbu dak li għandna llum, inkunu aħna li naġġornaw dan kollu għall-ġejjieni. Imma t-tkabbir ekonomiku waħdu mhux biżżejjed.

Irridu naċċertaw aktar benessere, f’soċjetà li tagħder u li twennes lil min għaddej minn diffikultà. Aktar nies qed juru li pajjiżna għandnu bżonn aktar spażji miftuħa għall-familji. Qed ngħixu f’dinja bi sfidi ta’ tibdil fil-klima. Qatt daqs illum m’hu qed naraw xejriet ġodda fl-ambjent, li qed jagħtuna idea aktar ċara tar-riżultati tal-bidla fil-klima. Il-mistoqsija tibqa’ b’liema rata se nwettqu dak meħtieġ kemm bħala pajjiż kif wkoll fil-kommunità internazzjonali, biex dan nindirizzawh.

Il-bidliet u tħejjija għall-futur ma ssirx biss bl-għażliet li jsiru fl-istituzzjonijiet tal-pajjiż, iżda bil- parteċipazzjoni dejjem akbar mill-isħab soċjali. It-triq ‘l quddiem irridu nfassluha flimkien, u kulħadd irid ikollu sehem fl-ideat li jitressqu ’l quddiem.

Filwaqt li rridu nsaħħu l-attività ekonomika, ma nistgħu qatt ninsew li l-aktar riżorsa li dejjem irnexxejna biha f’dan il-pajjiż hija r-riżorsa umana. Għalħekk, tibqa’ priorità li pajjiżna joffri aktar tagħlim u taħriġ ta’ livell għoli, li jkun aġġornat għal dak li se toffri d-dinja fiż-żmien li ġej.

Quddiemna għandna triq mimlija sfidi, imma rridu nħarsu b’ottimiżmu u b’kuraġġ. Bħalma pajjiżna kellu l-ħila jasal fejn wasalna llum fi żmien qasir, bl-istess determinazzjoni, rieda u kuraġġ li kellhom ta’ qabilna, infasslu ‘l futur flimkien b’ottimiżmu.

Nawgura s-sena t-tajba lill-kulħadd.

Qegħdin nimmiraw li sas-sena 2035, it-territorju Malti kollu jkun dikjarat bħala Area ta’ Reġistrazzjoni Obbligatorja.

Fil-jiem li għaddew ħabbarna li qed nibdew proċess biex nirriformaw is-sistema tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet bil-għan li sas-sena 2035, it-territorju kollu Malti jkun dikjarat bħala Area ta’ Reġistrazzjoni Obbligatorja. Dan ikun ifisser li kull trasferiment ta’ proprjeta li jkun qed isir f’Malta u Għawdex, irid jiġi rreġistrat mal-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet.

Gvern Laburista sa mis-snin sebgħin kien għaraf il-ħtiega li l-qasam tal-artijiet f’Malta jkun regolarizzat għax hekk kien jixraq f’pajjiż li ried jibda jimmodernizza l-istrutturi tiegħu. Fil-fatt, wara wegħda elettorali fl-elezzjoni tal-1976, il-mibki Ministru ta’ dak iż-żmien, Joe Brincat kien ressaq fil-Parlament l-ewwel liġi dwar ir-reġistrazzjoni tal-Artijiet fl-1981 u din daħlet fis-seħħ fl-ewwel xhur tal-1982.

Wara aktar minn 40 sena ta’ esperjenza bit-tħaddim ta’ din il-liġi wasal il-mument li s-sistema kollha tkun aġġornata. Fil-pajjiż illum, l-għadd ta’ propjetajiet jiżboq bl-eluf kbar dak li kellna dakinhar filwaqt li l-għadd ta’ trasferimenti ta’ propjeta li jsiru ta’ kull sena ġab miegħu xogħol kbir lill-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet. Din is-sena biss sa Settembru, l-Aġenzija irreġistrat kważi 10,400 propjeta jew ipoteka u nutara jew individwi talbu aktar minn 20,424 riċerka lill-Aġenzija.

Kellna laqgħat preparatorji ma’ diversi stakeholders f’dan il-qasam sakemm ħriġna b’dokument komprensiv li fih qegħdin infissru l-ħsibijiet tagħna dwar x’jista’ jsir biex ikollna proċess ta’ Reġistrazzjoni tal-Artijiet li jkun wieħed Ċar, Effiċjenti u Effettiv.

Qegħdin nimmiraw li sas-sena 2035, it-territorju Malti kollu jkun dikjarat bħala Area ta’ Reġistrazzjoni Obbligatorja. Fis-snin li ġejjin, kull meta medda ta’ art tiġi dikjarata bħala Area ta’ Reġistrazzjoni Obbligatorja ikun ifisser li min ser ibiegħ jew jixtri xi propjeta f’din l-area, jew se jsir trasferiment fuq persuni minħabba wirt, jew issir xi ipoteika fuq propjeta f’żona ta’ reġistrazzjoni obbligatorja, dik it-tranżazzjoni tkun trid tiġi rreġistrata fir-Reġistru tal-Artijiet.

Irridu nagħmlu din il-bidla wara aktar konsultazzjonijiet ma’ kull min huwa interessat. Għaldaqstant ftaħna konsultazzjoni pubblika li ser tibqa’ għaddejja sa l-aħħar ta’ Frar li ġej biex kulħadd jagħti l-fehma tiegħu u fejn ikun meħtieġ li ntejbu fuq dak li qed nipproponu, aħna lesti li nagħmlu dan. Anke qabel il-ġranet tal-festi li ġejjin, se nkun qed nagħmel laqgħat ma’ diversi korpi biex infissrulhom il-viżjoni tagħna f’aktar dettal u nisimgħu il-fehmiet tagħhom. Imbagħad f’Jannar u Frar se nkunu qed norganizzaw laqgħat pubbliċi għal setturi differenti li għandhom interess f’din ir-riforma.

Id-dokument li ppreżentajna huwa bbażat fuq ħames pilastri strateġiċi. L-istat se jkun qed jiżgura il-protezzjoni tad-drittijiet għall-propjeta lil kulħadd u allura Irridu sistema li tkun trasparenti filwaqt li tkun qed issaħħaħ id-drittijiet ta’ kulħadd. . Infakkar li llum, l-għadd ta’ dawk li huma sidien ta’ darhom huwa 80% tal-popolazzjoni u  għaldaqstant irridu li jkollna sistema li tibda tagħti Ċertifikat ta’ titlu sigur li jġib miegħu benefiċċji għaliex jiffaċilita kull trasferiment ta’ propjeta u jkun jinkludi l-informazzjoni sħiħa dwar is-sit tal-propjeta u l-konfini tagħha.

Bir-riforma li qegħdin nipproponu rridu nġibu s-serħan il-moħħ lill-eluf li ta’ kull sena jkunu involuti f’bejgħ u xiri ta’ propjeta u li għaldaqstant jiġu mitluba jirreġistraw il-propjeta tagħhom mar-Reġistru tal-Artijiet. Irridu naslu f’punt fejn iċ-ċertifikat tat-titlu li jinħareġ mir-Reġistru tal-Artijiet iservi lin-nies bħall-Log Book tal-karozza, jiġifieri fiċ-ċertikat tkun inkluża l-informazzjoni kollha dwar il-propjeta u jkun juri biċ-ċar min huwa s-sid ta’ dik il-propjeta.

Permezz tal-liġi l-ġdida li ser inkunu qed nipproponu rridu li jkunu mplimentati wkoll miżuri aktar stretti kontra l-frodi fil-qasam tal-propjeta filwaqt li ser nipprovdu wkoll biex ikun hemm mekkaniżmu ta’ arbitraġġ li jevitaw li jkollhom jinfetħu kawżi fil-qrati li jġebbdu s-snin u minflok ikollna sistema ta’ rimedju għall-kwistjonijiet li jinqalgħu.

Permezz ta’ din l-istrateġija qegħdin infissru wkoll it-triq il-quddiem biex is-sistema kollha tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet tinqaleb f’waħda diġitali b’servizzi online għall-dawk kollha li jkollhom bżonn is-servizzi tal-Aġenzija. Din il-bidla diġitali għandha wkoll iżżid l-effiċjenza u anke t-trasparenza tas-sistema kollha.

Din hija riforma li l-ħtieġa tagħha ilu jinħass sewwa. Irridu nwettqu riforma li għaliha jkun ikkontribwixxa kulħadd u li meta naslu biex nibdew inwettquha jkollna kunsens mill-aktar wiesgħa. B’hekk l-implimentazzjoni ta’ din il-bidla tiżgura kwalita ta’ ħajja aħjar għax tkun qed tagħti serħan il-moħħ lil ħafna nies fuq dak li huwa l-akbar investiment li jkunu għamlu f’ħajjithom, ix-xiri tal-propjeta tagħhom.

We have a strong economy. The numbers speak for themselves. Here are a few facts: economic activity in 2023 increased by 7.5 per cent and 13.2 per cent in nominal terms. Our growth rates outpace those of the EU and Euro area. Credit agencies rate us with flying colours. This year, our economy is expected to grow further, with a real growth rate of nearly 5%.

To remain resilient to external shocks, a diversified economy is a must.

This is not a matter of luck. Far from it. We are small and vulnerable. We have our shortcomings too. But we are resilient. We have always been. Our history is one of resilience. When the British were about to leave, the predictions were that our economy would collapse. When the international economic situation went off the rails, the predictions were that thousands of jobs would be lost. When the Covid 19 pandemic wreaked havoc across the world, many predicted that Malta would experience an economic crisis of unprecedented levels. When Russian tanks rolled into Ukraine, and inflation hit its highest level in decades, many braced themselves for the worse.

Of course, none of the above occasions were a walk in the park. But government stepped in, saved jobs, paid the wages, rolled out water, electricity and fuel subsidies, widened the tax bands; increased pensions and children’s allowances and introduced a scheme, aptly called ‘Stabbilita’ (stability) that cushioned what could have been the catastrophic effects of raging inflation.

And amidst these challenging situations, for Malta, and chaos in many member states, our economy grew, tourism boomed, thousands of new jobs were created, and exports increased substantially.

Yet, we can not rest on our laurels. We must plan forward, set ambitious targets, and ensure that we achieve them. Budget 2025 will do just that. The indications are there: further economic growth; no new taxes; the widening of income tax bands (so that people pay less taxes); a better infrastructure; subsidies will remain; more and better paid jobs will be created.

But diversification is essential to future-proof Malta’s economy. To remain competitive, we must diversify. What worked well yesterday and gave us the economic results that we are all proud of might not work tomorrow. To remain resilient to external shocks, a diversified economy is a must.

2025, and beyond, shall be the year when stronger investment shall be made in renewable energy, digital innovation, and green technology. In parallel, we need, and we shall transform our educational system into one that shall support this change for an educated and skilled workforce is key if we want to succeed.

Government’s labour migration policies are being revisited. The aim is to align migration with the actual needs of the labour market.

Tourism shall remain pivotal for a booming economy. Going forward, we shall focus more intensely on sustainable tourism by attracting higher quality tourists.

Greener spaces and lower carbon emissions are a must. The progression towards transport electrification has started and will intensify. Government financial support to cover part of the costs of roof insulation, air to water heat pump systems, and solar water heaters shall be sustained.

The importance of the property sector for our economy cannot be understated. On the other hand, given our geographical size, it must constantly adapt itself to todays and tomorrow’s realities. Facilitating property transactions is highly necessary. We shall invest in a strategic way forward to achieve this important change for the benefit of all property owners and potential buyers.

These are major changes. None of this can happen without a strong economy. But our economic track record speaks for itself. Our plan is clear: to create wealth and ensure that it is fairly distributed; to diversify our economy for more and better paid, and highly skilled jobs; a cleaner environment; better energy efficiency; providing our families and businesses with the appropriate conditions to prosper.

2025 shall be a socially just budget. We shall achieve this together, with peace of mind and stability as our foundation.

Il-Partit Laburista fil-Gvern għandu l-kredibiltà tal-poplu fit-twettieq tal-wegħdi elettorali għaliex f’kull okkażjoni li kien fdat bit-tmexxija tal-pajjiż, dejjem żamm kelmtu u wettaq dak li wiegħed.

Ninsabu ftit jiem biss qabel il-budget għas-sena d-dieħla. It-tħejjijiet għal Jum il-Budget ikunu ilhom li nbdew mill-Ministeri kollha sa minn qabel is-Sajf. It-tħejjija għall-budget tinvolvi li kull ministeru jevalwa l-miri li jkun laħaq fit-twettieq ta’ miżuri li jkunu tħabbru fil-budgets ta’ qabel u jelenka x’se tkun il-ħidma tiegħu fis-sena li ġejja, dejjem fid-dawl tal-qagħda finanzjarja tal-pajjiż u tar-riżorsi li l-Ministeru tal-Finanzi jkun se jgħaddi lil kull ministeru ieħor biex jintefqu fil-miżuri u proġetti mfassla.

Ma rridux immorru ħafna snin lura għax ħafna kienu jistkerrħu s-siegħa u l-mument li jkun qed joqrob budget. Konna mdorrijin taħt amministrazzjonijiet preċedenti nistennew żidiet fit-taxxi mżewqa ma’ miżuri ta’ awsterita li ħafna drabi rriżultaw fi staġnar ekonomiku.

Bil-bidla fid-direzzjoni ekonomika tal-pajjiż mill-2013 ‘l hawn, rajna qabża fil-kwalità tal-ħajja u fil-prosperita tal-pajjiż, permezz ta’ tkabbir ekonomiku li kien jiżboq kull ekonomija oħra fl-Ewropa. Dan wassal biex bil-maqlub ta’ dak li kien jiġri qabel, il-budget tal-Gvern Laburista sar eżerċizzju li permezz tiegħu, sena wara sena, komplew jiġu mgħejjuna il-faxex l-aktar vulnerabbli tas-soċjeta filwaqt li permezz ta’ diversi miżuri baqgħu jiġu mgħejjuna anke dawk meqjusa fil-faxxa tal-middle class li bla dubju tinkorpora l-maġġoranza l-kbira tal-popolazzjoni tagħna.

Qed nirreferi hawnhekk għal miżuri bħal dawk taċ-childcare b’xejn għal kulħadd, it-trasport pubbliku b’xejn, l-għajnuniet tal-inwork benefit, iż-żidiet qawwija fiċ-childrens allowance u bosta miżuri oħrajn. Ma dawn imbagħad wieħed irid iżid is-sussidju qawwi tal-Gvern fuq il-prezzijiet tal-enerġija u fuq il-prezz tal-qmuħ u ċ-ċereali li kollha għenu biex żammew taħt kontroll l-għoli tal-ħajja u b’hekk gawda kulħadd.

Gvern li ma jemminx fl-awsterita, bħalma huwa l-Gvern Laburista, jara kif jagħmel biex lill-poplu jkomplu jinċentivah. Bħalma stqarr dan l-aħħar il-Prim Ministru Robert Abela, il-Gvern irid ikompli jippremja l-bżulija għax jemmen li din hija ċ-ċavetta biex ir-rota ekonomika tkompli ddur bis-saħħa u b’hekk tikber l-ekonomija u l-pajjiż ikollu r-riżorsi meħtieġa biex ikompli jkun ta’ sostenn għall-poplu kollu. F’dan il-kuntest diġa smajna lill-Prim Ministru jiddikjara li l-budget li ġej se jkollu inċentivi ta’ tnaqqis fit-taxxi għall-middle class.

Il-budget li ġej se jkollu inċentivi ta’ tnaqqis fit-taxxi għall-middle class.

Fl-istess waqt, mid-diskors tal-budget tal-Ministru tal-Finanzi ħafna jkunu qed jistennew biex jaraw x’se tkun id-direzzjoni ekonomika li jkun qed jieħu l-pajjiż u anke jekk kemm-il darba ikunx se jkun hemm xi tibdil jew aġġustament f’din id-direzzjoni. Issa ilna żmien nisimgħu dwar il-ħtieġa ta’ qabża fil-kwalità li jeħtieġ li sseħħ f’diversi aspetti tal-ekonomija fejn jista’ jkun li mhux bil-forsi nibqgħu niġru wara n-numri ta’ impjiegi li jinħolqu imma li naraw li t-tip ta’ investiment li niġbdu lejn pajjiżna jkun tali li joħloq impjiegi ta’ kwalità ogħla li jħallu fl-ekonomija tal-pajjiż aktar valur miżjud tas-servizzi jew il-prodotti li jipprovdu.

Id-diskors tal-budget ukoll jagħti direzzjoni fuq dak li huwa l-infieq kapitali li jkun se jagħmel il-pajjiż matul is-sena li tkun ġejja. Dan qed ikun infieq li jirrigwarda l-infrastruttura tal-pajjiż, it-tkomplija ta’ diversi proġetti fit-toroq tagħna, il-ħolqien ta’ spazji miftuħa għall-kommunitajiet tagħna, it-tisħiħ tal-infrastruttura tal-provista tal-elettriku, l-investimenti fit-tkabbir tas-servizzi tas-saħħa u tal-edukazzjoni. Kollha investimenti immirati biex itejjbu l-kwalita tal-ħajja tal-poplu tagħna.

Permezz tad-diskors tal-budget ikollna l-opportunità wkoll naraw f’hiex wasal il-Gvern fit-twettieq ta’ dak kollu li wiegħed fil-Manifest Malta Flimkien li fuqu ngħatajna fiduċja qawwija mill-elettorat fl-elezzjoni tal-2022. Bosta mill-miżuri tal-budget ikunu imsejsa fuq it-twettieq ta’ dawn il-miżuri u hekk kif ninsabu f’nofs din il-leġislatura tkompli tirranka d-determinazzjoni tagħna li naraw li sakemm tintemm il-leġislatura nkunu wettaqna l-parti l-kbira ta’ dan il-Manifest.

Il-Partit Laburista fil-Gvern għandu l-kredibiltà tal-poplu fit-twettieq tal-wegħdi elettorali għaliex f’kull okkażjoni li kien fdat bit-tmexxija tal-pajjiż, dejjem żamm kelmtu u wettaq dak li wiegħed. Din id-darba wkoll mhux se nonqsu milli nagħmlu dan u fil-fatt diġa wettaqna miżuri, bħal dik taż-żieda fl-allowances tat-tfal li kellha titwettaq tul il-leġislatura kollha u minflok wettaqniha qabel iż-żmien. Bħala Ministru responsabbli mit-twettieq tal-Programm Elettorali, se nkompli nara, flimkien mal-kollegi l-oħra kollha fil-Kabinett, li dan il-proċess ta’ twettieq tal-miżuri tal-Manifest jibqa’ għaddej b’ritmu qawwi biex meta jasal il-waqt li nerġgħu nitolbu l-fiduċja tal-elettorat, immorru quddiemu b’wiċċna minn quddiem li dak li wegħdna wettaqih.

 

Fil-Budget li jmiss, persuni meqjusa bħala middle class, se jibbenefikaw minn tnaqqis ta’ taxxa.

Fl-aħħar jiem, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li fil-Budget li jmiss, persuni meqjusa bħala middle class, se jibbenefikaw minn tnaqqis ta’ taxxa. Miżura li se tħalli aktar flus fil-bwiet ta’ dawn il-familji. Deċiżjoni li skont il-Ministru Clyde Caruana se tħalli madwar €100 miljun fl-ekonomija. Din hija għażla finanazjarja b’saħħitha li se jkun qed iwettaq il-Gvern.

Għażla li se tolqot numru kbir ta’ familji li se jibbenefikaw u jintlaqtu pożittivament minn din il-miżura. Miżura li se tkun qed titwettaq minn meta jibdew jitħaddmu l-iniżjattivi li se jitħabbru fil-budget li ġej fi ftit tal-ġimgħat oħra.

Il-Kap tal-Oppożiżżjoni fl-aħħar jiem wiegħed li jagħti tnaqqis ta’ taxxa lil kulħadd u fejn ma jkunx hemm tnaqqis ta’ taxxa fuq id-dħul ikun ħemm ħemm għotijiet ta’ flus lil min ma jibbenefikax mit-tnaqqis. Tajba din. Bernard Grech qed iwiegħed dak li dan il-gvern ilu iwettaq sa mis-sena 2013. Gvern li fl-aħħar snin, mingħajr ma żied il-piż tat-taxxa kien f’pożiżżjoni li jsaħħaħ il-finanżi tal-pajjiż, isostni tant iniżjattivi ġodda, ta tant għajnuniet lil familji, żamm il-prezz tal-enerġija stabbli fost ħafna inizjattivi importanti oħra.

Filwaqt li Bernard Grech qed iwiegħed dak li l-Gvern immexxi mill-Partit Laburista diga qed iwettaq, tajjeb li nfakkru ftit f’hiex sarrfu l-wegħdi tal-partit Nażżjonalista fl-aħħar snin. Għad hawn min jiftakar il-wegħda ewlenija tal-PN fl-eleżżjoni tas-sena 2008 dwar it-tnaqqis tal-inċome tax. B’tant solennità il-GonżiPN kien ħabbar li se jnaqqas ir-rata tat-taxxa fuq id-dħul. Kemm pompa u proponimenti sbieħ dwar din il-miżura.

Din il-wegħda ma tantx kienet torbot għaliex ftit taż-żmien wara, minflok tnaqqis ta’ taxxa, il-gvern tal-PN beda jintroduċi miżuri ta’ awsterità. Kellu ħila kbira biex jagħti raġunijiet għaliex il-wegħda tat-tnaqqis tat-taxxa ma kellhiex isseħħ. Daqqa għax kienu jaraw il-maltemp fuq ix-xefaq, daqqa għaliex il-prezz taż-żejt kien qed jogħla, daqqa ħaġa u daqqa oħra.

Il-fatt jibqa’ li dak li wiegħed il-PN ma twettaqx mill-PN. Il-miżura tat-tnaqqis tat-taxxa twettqet minn gvern ġdid Laburista ftit xhur wara li ngħata l-ewwel mandat fl-2013. Ta’ min wieħed ifakkar li l-miżura tat-tnaqqis ta’ taxxa kienet reġgħet feġġet fid-diskors tal-budget għas-sena 2013. Il-budget li ma kienx għadda mill-Parlament għaliex il-Prim Ministru Gonzi kien tilef il-maġġoranza.

Dan huwa l-istil tal-Partit Nażżjonalista. Iwiegħed ħafna qabel l-elezzjoni. Jara kif jikkonvinċi u jikseb l-appoġġ tan-nies. Kif jikseb l-appoġġ tan-nies, bħal donnu jinbidel u juri l-vera wiċċ tiegħu. Dak li jkun wiegħed ipoġġih fil-ġenb u jsib ir-raġunijiet għaliex ma jwettaqx dak li jkun wiegħed. Din l-attitiduni tibqa’ hekk sakemm terġa’ toqrob elezzjoni u minn hemm jerġa’ jipprova jagħti xi ħaġa lin-nies biex jerġa’ jara kif jikseb l-appoġġ.

Filwaqt li l-miżura ta’ tnaqqis ta’ taxxa imħabbra se tkun qed titwettaq fil-budget li ġej, il-wegħda tal-PN se tkun waħda minn sensiela li se nkunu qed nisimgħu issa u fiż-żmien li ġej. L-istorja tgħallimna li għall-PN l-aktar wegħda li torbot wara li tgħaddi l-elezzjoni ġija li minn l-għada li l-PN jikseb il-poter, minn dak li jkunu qalu ma jkun hemm xejn. Ir-riklam tal-prodotti finanzjarji s-soltu jagħlaq bil-kliem li l-passat mhux garanzija għall-futur imma l-istorja tgħallimna li fejn jidħlu wegħdi elettorali, il-passat huwa l-mera ta’ dak li se jsir fil-futur.

“L-aqwa investiment li rridu nagħmlu għall-ġejjieni huwa investiment robust fil-qasam tal-edukazzjoni.”

L-aħħar jiem ta’ Settembru, ta’ kull sena huma l-bidu ta’ sena skolastika. Eluf ta’ tfal u żgħażagħ jmorru lura għal sena ġdida. Sena li toffri esperjenżi ġodda, opportunitajiet ta’ tagħlim ġdid, ħbieb godda, tamiet ġodda u orizzonti ta’ ġejjieni. Tfal u żgħażagħ li għandhom l-aspirazzjonijiet u l-ħolm tagħhom, li għandhom esperjenzi varji ta’ ħajja minkejja l-età żgħira tagħhom.

Pajjiżna dejjem emmen li l-aqwa investiment li rridu nagħmlu għall-ġejjieni huwa b’investiment robust fil-qasam tal-edukazzjoni. Investiment fi skejjel li joffru ambjent mill-aqwa, ambjent attrajenti u li joffri esperjenza sabiħa fil-jiem tal-iskola. Investiment fl-għalliemi u dawk kollha li joffru assistenza fit-tagħlim tat-tfal. Investiment fit-tagħmir u dak kollu meħtieġ biex jassisti fl-espejenza edukattiva.

Dan kollu huwa mehtieg biex inkomplu nsostu l-qasam edukattiv li f’pajjiżna bnejna tul is-snin. Pajjiż li għandu biex jiftaħar għax joffri servizzi edukattivi ta’ l-għola livell mill-primarja sal-livell ta’ Università li huma b’xejn għal kulħadd. Pajjiż li baqa’ jżid u jwessa’ l-opportunitajiet ta’ tagħlim u li saru sforzi kbar biex jitneħħa kull xkiel għat-tagħlim.

Filwaqt li rridu nkomplu nsaħħu dan kollu, jeħtieġ li nżidu l-isforzi kollha tagħna biex dawk li jaqgħu u waqgħu lura fit-tagħlim, nerġgħu nagħtuhom l-opportunità ta’ tagħlim u taħriġ. Pajjiżna jista’ jkompli jirnexxi sakemm ikollna l-aktar workforce li tkun imħarrġa u li tista’ toffri l-aqwa xogħol u servizzi possibbli. L-opportunitajiet ta’ xogħol Ii qed jattira pajjiżna, it-tijib fil-kundizzjonijiet flimkien mas-suċċess ta’ aktar persuni jiddependi fuq kemm inkomplu niżguraw aktar tagħlim u taħriġ.

L-investiment li ma jaqta’ xejn fil-qasam tal-edukazzjoni huwa prova ċara tar-rieda ta’ pajjiżna fis-suċċess tal-ġenerazzjonijiet futuri, jeħtieġ li nkompli nagħrfu is-sinjali tal-bidliet li qed iseħħu fil-preżent u dawk li qed juruna x’se jkun qed joffri l-ġejjieni. Pajjiżna qed jesperjenza avvanzi u żvillupp mingħajr preċedent. Madwarna, fuq il-livell internazzjonali għaddejjin żvilluppi li jeħtieġ li nkunu lesti għalihom. Dan huwa parti mill-proċess ta’ tiġdid li rridu nagħmlu f’pajjiżna inkluż fil-qasam edukattiv.

Id-dinja ta’ għaxra, għoxrin sena ilu, mijhiex id-dinja ta’ għaxar snin għoxrin sena oħra. Dinja li qed toffri opportunitajiet ġodda li huma differenti minn dawk li offriet sal-lum. Dinja li fiha opportunitajiet ta’ xogħol li għandna llum se jkunu intesew fiż-żmien li ġej. Dan kollu jpoġġi fuqna responsablità aktar li niżguraw li qed ninvestu bl-aqwa mod biex il-ġenerazzjonijet t’għada huma imħejjija għal dan kollu.

“Is-suċċess li ksibna tul is-snin huwa il-pedament tas-suċċess li nistgħu inkomplu niksbu fiż-żmien li ġej.”

Pajjiżna dejjem ħaseb kif jitħejja għall-ġejjieni. Dejjem għamel għażliet importanti li servew bħala qafas li fuqu dan il-poplu irnexxielu jimxi ‘l quddiem. Minn pajjiż li għal snin sħaħ iddependa fuq dak li jonfoq il-ħakkiem barrani li użana għall-iskopijiet miltari tiegħu, għal pajjiż li llum joffri servizzi finanżjarji, huwa destinazzjoni turistika  li tattira numru dejjem jikber ta’ turisti, pajjiż li rnexxilu jibni bażi industrijali u li qed iħares lejn investimenti ġodda li jeħtieġu aktar nies imħarrġa. Pajjiż li għalkemm m’għandu ebda riżorsa naturali, irnexxilu jagħmel suċċess ekonomiku grazzi għall-għaqal, bżulija u ħila tal-Maltin u ta’ dawk kollha li kellhom jew għandhom rwol ta’ tmexxija.

Is-suċċess li ksibna tul is-snin huwa il-pedament tas-suċċess li nistgħu inkomplu niksbu fiż-żmien li ġej. Ir-rieda qawwija tagħna bhala poplu trid tibqa’ tmexxija biex nagħmlu l-aħjar għażliet. Għażliet ibbażati fuq is-sinjali ta’ dak li se joffri l-ġejjieni. Suċċess li jiddependi fuq l-għażliet li nagħmlu llum, l-għażliet li bihom infasslu il-futur tagħna, u nfasslu t-triq biex il-ġenerazzjonijiet futuri jkunu lesti biex jilqgħu u jegħlbu b’suċċess l-isfidi tal-ġejjieni.

 

“Pajjiżna jaf ikun ta’ eżempju ta’ kif id-diġitalizzazzjoni tista’ ttejjeb is-servizzi pubbliċi mingħajr ma tħalli lil ħadd barra.”

Fi żmien fejn it-trasformazzjoni diġitali qed tfassal mill-ġdid il-ħajja tal-pajjiżi madwar id-dinja, anke pajjiżna jinsab għaddej minn proċess ta’ diġitalizzazzjoni. Il-Gvern ċentrali tul dawn l-aħħar xhur ħadem sabiex b’mod sistematiku, jibda joffri s-servizzi pubbliċi fuq pjattaformi diġitali bl-għan li l-pubbliku jkollu aċċess aktar faċli u effiċjenti għal firxa wiesgħa ta’ servizzi.

Aktar servizzi qed jingħataw b’mod diġitali u l-modi tradizzjonali kif kienu jinkisbu s-servizzi, qed dejjem jonqos. Dan huwa pass, li apparti l-investiment fit-tekonoloġija, jirrikjedi anke bidla fil-kultura u fil-mod ta’ kif jiġu offruti u utilizzati s-servizzi pubbliċi. Jekk il-proċess ta’ eGovernment jiġi implimentat b’suċċess, dan ikun mhux biss ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini, iżda ukoll għall-intrapriżi, għan-negozji u għall-għaqdiet u organizzazzjonijiet sabiex jinteraġġixxu mal-Gvern ċentrali b’mod aktar komdu u effiċjenti.

Il-vantaġġi ekonomiċi huma enormi. L-istess Kummissjoni Ewropea tbassar li jekk is-sistema ta’ eGovernment tiġi introdotta b’suċċess fl-istati membri kollha, l-iffrankar annwali jista’ jaqbeż il-€50 biljun. Dan minħabba l-fatt li l-pjattaformi diġitali inaqqsu l-ħtieġa ta’ infrastruttura fiżika u burokrazija żejda u dan iwassal għal spejjeż operattivi aktar baxxi.

F’pajjiżna nistgħu ngħidu li l-proċess miexi b’pass tajjeb tant li dan ġie rikonoxxut anke mill-istess Kummissjoni Ewropea li qegħda tikklasifika lil Malta bħala l-aktar pajjiż li qed joffri servizzi diġitali liċ-ċittadini tiegħu.  Illum aktar faċli minn qatt qabel taċċessa diversi servizzi pubbliċi, fosthom kwalunkwe servizz relatat mas-sigurtà soċjali. Iżda irridu noqgħodu attenti. Din hija trasformazzjoni li tkun suċċess biss jekk tkun bidla li tilħaq lil kulħadd mingħajr ma nħallu lil ħadd jibqa’ lura.

Forsi għall-ġenerazzjonijiet tal-lum u għal dawk li għandhom għarfien tajjeb tas-sistemi diġitali, jaf dan il-pass huwa wieħed kważi awtomatiku. Iżda għall-anzjani u għal dawk li għal xi raġuni jew oħra għad m’għandhomx aċċess jew hiliet bizzejjed f’dawn it-teknoloġiji, din il-bidla taf tkun ta’ ostaklu għalihom. Ma rridux naqgħu fl-iżball li noħduha for granted li kulħadd kapaċi jaċċessa u jħaddem dawn is-sistemi b’faċilità.

Il-websajts u l-pjattaformi online qed jiġu ddisinjati b’viżibiltà u istruzzjonijiet ċari għal klijent. Barra minn hekk hemm ukoll is-servizzi ta’ helpline u ta’ appoġġ għal min isib xi diffikultà. Iżda aktar minn hekk, il-Gvern jinsab ukoll impenjat li jmexxi kampanji ta’ għarfien fuq livell nazzjonali rigward dawn il-mezzi.

It-tixrid ta’ informazzjoni huwa essenzjali. Il-Gvern b’kollaborazzjoni mal-istituzzjonijiet edukattivi u anke mal-mezzi tal-midja, qed jagħmel kampanji estensvi biex iħajjar aktar nies jagħmlu l-qabża għas-sistemi diġitali filwaqt li jinforma aktar dwar id-diversi servizzi onlajn disponibbli u kif wieħed jaċċessahom. Dan qed isir ukoll b’kontenut informattiv fuq il-mezzi hekk imsejħa ‘tradizzjonali’ bħat-televiżjoni, ir-radju u l-midja stampata.

Illum nistgħu ngħidu wkoll li l-litteriżmu diġitali ġie integrat fil-kurriklu tal-iskejjel biex jiġi żgurat li l-ġenerazzjonijiet futuri ikunu preparati għal sistemi u pjattaformi ġodda li għad iridu jinħolqu.

Il-gvern irid  jiġi ġġudikat fuq kemm aħna kapaċi nkunu hemm biex fil-bidliet ma nħallu lil ħadd lura jew nies jitħallew barra. Dan huwa twemmin li fuqu l-poplu Malti u Għawdxi tagħna l-fiduċja f’elezzjoni waħda wara l-oħra. Għalhekk, b’dan il-ħsieb f’moħħna u kif wegħdna fil-manifest Malta Flimkien se nkomplu nibnu t-triq għal Malta diġitali biex dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjeta jintlaħqu wkoll.

“Irridu li Malta tkun minn ta’ quddiem fir-raba’ rivoluzzjoni industrijali li qed isseħħ madwar id-dinja…”

Irridu li Malta tkun minn ta’ quddiem fir-raba’ rivoluzzjoni industrijali li qed isseħħ madwar id-dinja b’investimenti fl-infrastruttura diġitali b’prijorità fl-oqsma tal-intelliġenza artifiċjali u r-robotika, u mezzi aktar kumplessi bħal quantum computing u deep tech. Irridu noħolqu ekosistema ideali għal aktar kumpaniji tal-informatika biex jinvestu f’pajjiżna grazzi għal fondi allokati speċifikament għall-qalba diġitali.

Qed naħdmu ukoll mas-settur privat fi proġetti maħsuba biex intejbu l-konnettività diġitali. Qed infasslu qafas regolatorju ġdid dwar l-intelliġenza artifiċjali. Irridu lil Malta tkun mal-ewwel pajjiżi fost l-Istati Membri sabiex twaqqaf il-European Digital Innovation Hub (EDIH) sabiex tassisti negozji żgħar u medji kif ukoll start-ups, sabiex jagħmlu l-qabża diġitali fil-proċessi tagħhom.

Diversi awtoritajiet u entitajiet qed jinvestu bi sħiħ f’sistemi ta’ diġitalizzazzjoni bħal sistemi moderni ta’ scanning ta’ files u dokumenti għal ħolqien ta’ arkivji diġitali b’aċċessibbiltà aħjar. B’sodisfazzjon nista’ ngħid li dan il-proċess qed isir ukoll fl-amministrazzjoni tal-artijiet pubbliċi b’riformi diġitali fl-Awtorità tal-Artijiet u d-Dipartiment għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet biex inżidu l-effiċjenza fis-servizzi offruti. L-Uffiċju Konġunt qieħed ukoll jinvesti f’mezzi u nies tekniċi biex tkompli tikber il-librerija diġitali ta’ rekords u dokumenti biex inħaffu l-proċessi tat-trasferiment tal-propjetà immobbli lill-Gvern mill-Awtoritajiet Ekkleżjastiċi.

Hekk kif Malta għaddejja minn din it-trasformazzjoni diġitali, irridu nżommu f’moħħna li dawn il-mezzi ġodda huwa hemm biex jaqdu lin-nies. Għaldaqstant, bi prijorità l-inklussività, l-edukazzjoni u s-sapport kontinwu, nemmen li pajjiżna jaf ikun ta’ eżempju ta’ kif id-diġitalizzazzjoni tista’ ttejjeb is-servizzi pubbliċi mingħajr ma tħalli lil ħadd barra. Bħala Gvern kommessi li nkomplu naħdmu b’determinazzjoni favur aktar servizzi effiċjenti, dejjem għal kwalità ta’ ħajja aħjar tal-poplu Malti u Għawdxi.