Jibdew ix-xogħlijiet fuq il-Mitħna tax-Xarolla
Hekk kif konna qed noqorbu lejn l-aħħar ftit ġranet tal-kampanja elettorali, fi 19 ta’ Marzu qomna maħsudin bl-aħbar li r-riħ qawwi li ħakem lil pajjiżna tul dak il-lejl ikkawża ħsarat estensivi fuq il-Mitħna tax-Xarolla fiż-Żurrieq. Minnufih mort fuq il-post biex nara kif nista’ nkun ta’ għajnuna. Hemm sibt lill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li kienu qed ineħħu […]