• Sptar ġdid għal mard mentali akut
  • Shore-to-Ship fil-Freeport f’Birżebbuġa
  • €60 miljun ta’ investiment dirett f’Għawdex
  • Charging Points għall-karozzi mal-pajjiż kollu
  • Ghotjiet diretti u strumenti finanzjarji lill-intraprizi kbar, zgħar u ta’ daqs medju għal investimenti għal efffiċjenza fl-enerġija u għall-qalba diġitali
  • Investimenti fil-provista tal-ilma u new water
  • Faċilita għall-ipproċessar ta’ skart organiku
  • Business Incubation Centre ġdid
  • “Green Corridors”, spazji miftuħa u tisħiħ tas-siti Natura 2000

Qed tiġi proposta nefqa ta’ €971 miljun ta’ Fondi Ewropej f’investimenti fil-pajjiż bħala parti mill-pakkett rekord ta’ €2.27 biljun li l-Prim Ministru Robert Abela irnexxielu jinnegozja għall-pajjiż f’Lulju tas-sena li għaddiet.

Dokument għall-konsultazzjoni pubblika dwar il-proposti għal dan l-investiment tnieda uffiċjalment mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Stefan Zrinzo Azzopardi fil-jiem li għaddew. Id-dokument huwa mimli bi proposti li mistennija jibdew jitwettqu hekk kif wara li tintemm il-konsultazzjoni pubblika, id-dokument jintbagħat għall-iskrutinju tal-Kummissjoni Ewropea u wara li jkun approvat jibdew jitwettqu l-proġetti ippjanati.

Il-pubblikazzjoni ta’ dan id-dokumenti saret wara xhur ta’ konsultazzjonijiet ma’ diversi entitajiet tal-gvern fosthom ministeri u korporazzjonijiet u awtoritajiet statali, organiżazzjonijiet privati, organiżazzjonijiet mhux governattivi u s-soċjeta ċivili u anke esperti Maltin u barranin.

Id-dokument huwa bbażat fuq sitt prijoritajiet ewlenin li huma:

  • It-trawwim tal-kompetittivita u t-trasformazzjoni lejn ekonomija innovattiva u diġitali
  • Bidla lejn enerġija nadifa u ġusta, investimenti fl-ekonomija l-ħadra u ċirkulari u s-sostenibbilta tal-mobbilta urbana
  • Tisħiħ tal-konnettivita fil-pajjiż permezz tat-trasport
  • Soċjeta aktar soċjali u inklussiva
  • Trawwim ta’ żvilupp urban sostenibbli f’Għawdex
  • Faċilitata it-tranżizzjoni lejn in-newtralita klimatika (ħelisen mill-emmissjonijiet tal-karbonju)

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Forti Sant’Anġlu, is-Segretarju Parlamentari Zrinzo Azzopardi qal li b’dan il-pjan se jkunu immobilizzati riżorsi sostanzjali fl-ambjent, sabiex niffaċilitaw l-aċċess għall-finanzjament għall-intrapriżi, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u biex nkomplu nkattru l-valur tal-wirt kulturali tagħna, fost oqsma oħra. Investimenti oħra se jiffukaw ukoll fuq-is-saħħa, l-edukazzjoni u l-ilma kemm tax-xorb kif ukoll in-new water. Se jsiru wkoll investimenti fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart.

Il-Programm qed jindirizza ukoll l-bżonnijiet u opportunitajiet meħtieġa t’Għawdex fl-oqsma kollha tal-prijoritajiet li qegħdin jiġu mħabbra. Barra minn dan ser jiġu investiti madwar €60 miljun għall-iżvilupp urban sostenibli gewwa Għawdex.

Allokazzjoni oħra ta’ €207 miljun ser tkun investita f’inizjattivi biex  tissaħħaħ il-kompetittività tal-pajjiz, inkluz f’inizjattivi ghal kumpaniji ta’ daqs żgħir u medju (SMEs),  investiment fit-transiżżjoni lejn ekonomija innovattiva u diġitali, kif koll fir-riċerka u l-innovazzjoni. Ser jitwaqqaf ukoll Business Incubation Centre ġdid.

Waħda mill-miri ta’ dan il-pjan ta’ investiment hija l-bidla lejn enerġija nadifa, fejn ser jiġu allokati madwar €469 miljun. Il-bażi ta’ kif ser jintlaħaq dan jiffoka fuq l-użu efficjenti tal-enerġija u tnaqqis tal-emmissjonijiet li jikkontribwixxu għat-tibdil fil-klima, permezz ta’ sistemi differenti u sostenibbli ta’ mobbiltà fl-inħawi urbani tal-pajjiż. Dawn l-inizjattivi huma fid-direzzjoni tal-European Green Deal bil-għan li tittieħed azzjoni ħalli sas-sena 2050 tintlaħaq in-newtralità klimatika skond it-trattat ta’ Pariġi. Ser jinbnew “Green Corridors”, ġonna pubbliċi u tisħiħ tas-siti ta’ Natura 2000. Ser tkompli tissaħħaħ il-provvista tal-elettriku permezz ta’ interconnector ġdid u jinbnew faċilitajiet għall-ħażna tal-enerġija. Inizjattivi oħra huma favur li tisaħħaħ il-protezzjoni u l-konservazzjoni tan-natura u il-biodiversità.

Ser titkompla l-ħidma biex tkun żviluppata aktar il-konnettività ta’ Malta man-network TEN-T Ewropew billi tkompli titjieb l-infrastruttura biex din tkun tista’ tilqa’ għad-domanda kemm preżenti kif ukoll futura. Dan kollu ser isir b’nefqa indikattiva ta’ €52 miljun. Mill-Fond magħruf bħala Just Transition Fund ser issir investiment  ta’ €33 miljun biex jitkabbar il-proġett tax-Ship-to-Shore fil-Port il-Kbir u jsir ukoll proġett simili fil-Freeport f’Birżebbuġa. Dawn il-progetti se jwasslu ghal-arja aktar nadifa u ambjent aħjar ghal eluf ta’ persuni li joqgħodu fl-ibliet u l-irħula fil-viċinanzi. Fondi minn din l-allokazzjoni se jintużaw ukoll biex jiżdiedu ċ-charging points għall-karozzi tal-elettriku mal-pajjiż kollu.

Għal livell ta’ ħajja aħjar għaċ-ċittadini kollha ta’ pajjizna  ser jitjieb l-aċċess uġwali għal servizzi fl-edukazzjoni, it-taħriġ u tat-tagħlim matul il-ħajja, li jkunu inklussivi u ta’ kwalità. Dan isir bl-iżvilupp ta’ infrastruttura aċċessibbli li trawwem ir-reżiljenza għall-edukazzjoni u t-taħriġ online. Ser ikompli l-investiment bil-qawwi fil-qasam tas-saħħa fosthom bil-bini ta’ sptar ġdid għal mard mentali akut. B’allokazzjoni ta’ €150 miljun, il-poplu Malti se jibbenefika wkoll direttament minn servizzi li se jifaċilitaw il-ħajja ta’ kuljum. B’investiment fil-patrimonju kulturali taghna se ngħinu fil-prodott turistiku taħ pajjiżna u minnu ser ikun qed igawdi ukoll il-poplu tagħna.

Is-Segretarju Parlamentari Zrinzo Azzopardi temm jgħid li l-programm u l-interventi marbuta miegħu huma maħsuba biex ikomplu jissaħħu diversi setturi ekonomici, socjali w  ambjentali biex jigu indirizzaw il-htigijiet u l-opportunitajitet, anki dawk fit-tul. Huwa ħeġġeġ lil kull min huwa interessat jipparteċipa f’dan il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika biex jibgħat is-sottomissjonijiet tiegħu sat-8 ta’ Ottubru li ġej lil [email protected] sat-8 ta’ Ottubru. Id-dokument sħiħ għall-Konsultazzjoni Pubblika jista’ jitniżżel mis-sit elettroniku [email protected].